22.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 154/42 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 238/2013
tat-13 ta' Diċembru 2013
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/634/UE tat-22 ta' Ottubru 2010 li taġġusta l-kwantità ta' kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha skont l-Iskema tal-Unjoni għall-2013 u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/384/UE (1), tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/447/UE tal-5 ta' Settembru 2013 dwar il-fattur ta' utilizzazzjoni standard tal-kapaċità skont l-Artikolu 18(2) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE (2) tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE tal-5 ta' Settembru 2013 dwar miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(4) |
Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE ikun emendat kif ġej:
1. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21alc (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE):
|
2. |
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 21ale (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 550/2011):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet 2010/634/UE, 2013/447/UE u 2013/448/UE fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-14 ta' Diċembru 2013, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Thórir IBSEN
(1) ĠU L 279, 23.10.2010, p. 34.
(2) ĠU L 240, 7.9.2013, p. 23.
(3) ĠU L 240, 7.9.2013, p. 27.
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.