23.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 136/17 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2012 TAL-KUMITAT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA DWAR IR-RIKONOXXIMENT REĊIPROKU B’RABTA MAL-VALUTAZZJONI TA’ KONFORMITÀ
tas-17 ta’ Diċembru 2012
dwar l-inklużjoni tal-Anness 1 tal-Kapitolu 20 ġdid dwar l-isplussivi għal użu ċivili, l-emenda tal-Kapitolu 3 dwar il-ġugarelli u l-aġġornament ta' referenzi legali elenkati fl-Anness 1
(2013/228/UE)
IL-KUMITAT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar ir-rikonoxximent reċiproku fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità ("il-Ftehim") u b'mod partikolari l-Artikoli 10(4), 10(5) u 18(2) tiegħu;
Billi:
(1) |
Il-Partijiet għall-Ftehim qablu li jimmodifikaw l-Anness 1 tal-Ftehim biex jinkludi kapitolu ġdid dwar splussivi għal użu ċivili; |
(2) |
L-Unjoni Ewropea adottat direttiva ġdida dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (1) u l-Isvizzera emendat id-dispożizzonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amminisrattivi tagħha li jitqiesu ekwivalenti skont l-Artikolu 1(2) tal-Ftehim għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea msemmija hawn fuq; |
(3) |
Il-Kapitolu 3, Ġugarelli, tal-Anness 1 għandu jiġi emendat biex jirrifletti dawn l-iżviluppi; |
(4) |
Huwa meħtieġ li jiġu aġġornati ċerti referenzi legali fl-Anness tal-Ftehim; |
(5) |
L-Artikolu 10(5) tal-Ftehim jistipula li l-Kumitat jista', fuq proposta minn waħda mill-Partijiet, ibiddel l-Annessi għall-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
1. |
L-Anness 1 tal-Ftehim huwa modifikat sabiex jinkludi l-Kapitolu 20 ġdid dwar l-isplussivi għal użu ċivili (eskluż il-munizzjon) b’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Hemża A annessa ma’ din id-Deċiżjoni. |
2. |
Il-Kapitolu 3, Ġugarelli, tal-Anness 1 tal-Ftehim huwa emendat b’konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Hemża B annessa ma’ din id-Deċiżjoni. |
3. |
L-Anness 1 tal-Ftehim huwa emendat b'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Hemża C annessa ma' din id-Deċiżjoni. |
4. |
Din id-Deċiżjoni, magħmula f’żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentanti tal-Kumitat li huma awtorizzati biex jaġixxu f’isem il-Partijiet. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ minn dakinhar li ssir l-aħħar firma. |
Iffirmata f’Bern, fis-17 ta’ Diċembru 2012
F’isem il-Konfederazzjoni Svizzera
Christophe PERRITAZ
Iffirmata fi Brussell, fit-12 ta’ Diċembru 2012
F’isem l-Unjoni Ewropea
Fernando PERREAU DE PINNINCK
(1) Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1).
HEMŻA A
Fl-Anness 1, is-Setturi tal-Prodott, il-Kapitolu 20 li ġej dwar l-Isplussivi għal użu ċivili (eskluż il-munizzjoni) għandu jiġi introdott:
“KAPITOLU 20
SPLUSSIVI GĦAL UŻU ĊIVILI
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1 paragrafu 2
L-Unjoni Ewropea |
|
||
|
|||
|
|||
L-Isvizzera |
|
||
|
Korpi għall-valutazzjoni tal-konformità
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi għall-valutazzjoni tal-konformità.
Awtoritajiet li jaħtru
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim għandu jfassal u jżomm aġġornata lista tal-awtoritajiet li jaħtru nnotifikati mill-Partijiet.
Regoli speċjali marbuta mal-ħatra tal-korpi għall-valutazzjoni tal-konformità
Għall-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet li jaħtru għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ġenerali li jinsabu fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim u l-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 93/15/KEE u l-Anness III.
Dispożizzjonijiet supplimentari
1. Identifikazzjoni ta’ prodotti
Iż-żewġ Partijiet għandhom jiżguraw li l-impriżi fis-settur tal-isplussivi li jimmanifattura jew jimportaw l-isplussivi jew jgħaqqdu d-detonaturi għandhom jimmarkaw l-isplussivi u kull unità tal-ippakkjar sal-iżgħar waħda b'identifikazzjoni unika. Fejn splussiv huwa soġġett għal proċessi ulterjuri ta' manifattura, il-manifatturi ma għandhomx jintalbu jimmarkaw l-isplussiv b'identifikazzjoni unika ġdida ħlief jekk l-identifikazzjoni unika oriġinali ma baqgħetx immarkata iżjed b'konformità mad-Direttiva 2008/43/KE u/jew l-Ordinanza dwar l-Isplussivi.
L-identifikazzjoni unika għandha tinkludi l-komponenti preskritti fl-Anness tad-Direttiva 2008/43/KE u l-Anness 14 tal-Ordinanza dwar l-Isplussivi u għandha tkun rikonoxxuta b’mod reċiproku miż-żewġ partijiet.
Kull impriża fis-settur tal-isplussivi u/jew il-manifattur għandu jingħatalhom kodiċi bi tliet figuri mill-awtorità nazzjonali tal-Istati Membri jew tal-Isvizzera fejn hi stabbilita. Dan il-kodiċi bi tliet figuri għandu jkun rikonoxxut b’mod reċiproku miż-żewġ Partijiet jekk is-sit tal-manifattura jew il-manifattur jinsabu fit-territorju ta’ wieħed mill-Partijiet.
2. Dispożizzjoni li jirregolaw is-superviżjoni tat-trasferimenti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera
1. |
Splussivi koperti minn dan il-Kapitolu jistgħu jiġu trasferiti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera biss b’konformità mal-paragrafi li ġejjin. |
2. |
Kontrolli mwettqa skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea jew il-liġi nazzjonali fil-każ ta’ trasferimenti tal-isplussivi rregolati mit-Taqsima V.2 għandhom jitwettqu biss bħala parti mill-proċeduri normali ta’ kontroll applikati b’mod mhux diskriminatorju fit-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea jew tal-Isvizzera. |
3. |
L-approvazzjoni għat-trasferimenti ta' splussivi għandha tinkiseb mid-destinatarju mingħand l-awtorità kompetenti li tirċievi. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li d-destinatarju huwa legalment awtorizzat li jakkwista splussivi u li għandu l-liċenzji jew l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa. Il-persuna responsabbli għat-trasferiment għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri jew l-Isvizzera li jgħaddu minnu jew minnhom il-movimenti tal-isplussivi f'dan l-Istat jew f'dawn l-Istati jew l-Isvizzera, li hija meħtieġa l-approvazzjoni tiegħu/tagħhom. |
4. |
Meta Stat Membri jew l-Isvizzera tqis li hemm problema fir-rigward tal-verifika tad-dritt tal-akkwist tal-isplussivi msemmija fil-paragrafu 3, dak l-Istat Membru jew l-Isvizzera għandha tibgħat it-tagħrif disponibbli dwar is-suġġett lill-Kummissjoni Ewropea li għandha tippreżenta l-kwistjoni quddiem il-Kumitat stipulat fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 93/15/KEE mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni Ewropea għaldaqstant għandha tinforma lill-Isvizzera permezz tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim. |
5. |
Meta l-awtorità kompetenti li tirċievi tapprova trasferiment, din għandha toħroġ lid-destinatarju dokument li jinkludi t-tagħrif kollu msemmi fil-paragrafu 7. Dak id-dokument għandu jakkumpanja l-isplussivi sakemm jaslu fid-destinazzjoni dikjarata tagħhom. Dan għandu jiġi preżentat wara talba tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Għandha tinżamm kopja ta' dan id-dokument mid-destinatarju li għandu jippreżentaha għall-eżami mill-awtorità kompetenti li qed tirċievi, wara talba ta' din tal-aħħar. |
6. |
Meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew l-Isvizzera tqis li mhumiex meħtieġa ħtiġijiet speċjali ta' sigurtà bħal dawk imsemmija fil-paragafu 5, l-isplussivi jistgħu jiġu trasferiti fit-territorju tagħhom jew f'parti minnu mingħajr il-provvista minn qabel ta' tagħrif skont it-tifsira tal-paragrafu 7. L-awtorità kompetenti li qed tirċievi għandha mbagħad tagħti l-approvazzjoni għal perjodu fiss u li jista' jiġi mħassar jew irtirat fi kwalunkwe ħin abbażi ta' ġustifikazzjoni raġunata. Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 5, li għandu jakkumpanja l-isplussivi sakemm jaslu fid-destinazzjoni tagħhom, għandu jirreferi unikament għall-approvazzjoni msemmija hawn fuq. |
7. |
Meta t-trasferimenti ta' splussivi għandhom ikunu speċifikament sorveljati sabiex ikunu konformi ma’ ħtiġijiet speċjali ta' sigurtà fit-territorju jew f'parti mit-territorju ta' Stat Membru jew l-Isvizzera, qabel it-trasferiment għandu jingħata t-tagħrif li ġej mid-destinatarju lill-awtorità kompetenti li qed tirċievi.
L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu għandhom jeżaminaw il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jseħħu t-trasferimenti, b'attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet speċjali tas-sigurtà. Jekk il-ħtiġijiet speċjali ta' sigurtà jitħarsu, l-approvazzjoni għat-trasferiment għandha tingħata. Fil-każ ta' tranżitu fit-territorju ta' Stati Membri oħra, dawk l-Istati jew l-Isvizzera għandhom bl-istess mod jeżaminaw u japprovaw, bl-istess kundizzjonijiet, il-partikolaritajiet dwar it-trasferiment. |
8. |
Bla ħsara għall-verifiki normali li l-pajjiż tat-tluq għandu jwettaq fit-territorju tiegħu, wara t-talba tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, id-destinatarji u l-operaturi kkonċernati fis-settur tal-isplussivi għandhom jibagħtu lill-awtoritajiet tal-pajjiż tat-tluq u lil dawk il-pajjiżi ta' tranżitu, it-tagħrif kollu rilevanti li għandhom dwar it-trasferiment tal-isplussivi. |
9. |
L-ebda fornitur ma jista' jittrasferixxi splussivi ħlief jekk id-destinatarju jkun kiseb l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa għat-trasferiment b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3, 5, 6 u 7. |
10. |
Għall-iskopijiet tal-implimentazzjoni tal-paragrafu 4, fejn hija adottata miżura stipulata fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 93/15/KEE fir-rigward tal-prodotti mill-impriżi Svizzeri fis-settur tal-isplussivi u/jew il-manifatturi Svizzeri, din għandha tiġi kkomunikata immedjatament lill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim. Jekk l-Isvizzera ma taqbilx ma’ din il-miżura, l-applikazzjoni tal-miżura għandha tkun diferita għal tliet xhur mid-data tal-komunikazzjoni. Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim għandu jkollu konsultazzjonijiet bil-għan li jilħaq ftehim. Jekk ma jintlaħaqx ftehim fil-perjodu msemmi f’dan il-paragrafu, wieħed mill-Partijiet jista’ jissospendi parti mill-kapitolu jew kollu kemm hu. |
11. |
Għall-iskopijiet tal-paragrafi 5 u 6 ta’ implimentazzjoni, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2004/388/KE. |
3. Skambju ta' tagħrif
B’konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' dan il-Ftehim, l-Istati Membri u l-Isvizzera għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tat-tnejn li huma, kwalunkwe tagħrif rilevanti sabiex jiżguraw implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva 2008/43/KE.
4. Fejn jinsab il-manifattur
Għall-iskop ta’ dan il-Kapitolu, għandu jkun suffiċjenti li l-impriża fis-settur tal-isplussivi, il-manifattur, rappreżentant awtorizzat jew, meta l-ebda wieħed minn dawn ma jkun preżenti, il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq tal-prodott, tkun stabbilita fit-territorju ta’ wieħed mill-Partijiet.”
(1) Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għal splussivi maħsuba għall-użu, b’konformità mal-liġi nazzjonali, mill-forzi armati jew il-pulizija, għal oġġetti pirotekniċi u għall-munizzjoni.
HEMŻA B
Fl-Anness 1, is-Setturi tal-Prodott, il-Kapitolu 3, il-Ġugarelli għandhom jitħassru u jiġu sostitwiti b’dan li ġej:
“KAPITOLU 3
ĠUGARELLI
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2)
L-Unjoni Ewropea |
|
||
L-Isvizzera |
|
||
|
|||
|
|||
|
|||
|
Korpi għall-valutazzjoni tal-konformità
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi għall-valutazzjoni tal-konformità.
Awtoritajiet li jaħtru
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-awtoritajiet li jaħtru nnotifikati mill-Partijiet.
Regoli speċjali marbuta mal-ħatra tal- korpi għall-valutazzjoni tal-konformità
Għall-ħatra ta’ korpi għall-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet li jaħtru għandhom ikunu konformi mal-prinċipju ġenerali li jinsabu fl-Anness 2 ta’ dan il-Ftehim u mal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2009/48/KE.
Dispożizzjonijiet supplimentari
1. Skambju ta’ tagħrif dwar iċ-ċertifikat ta’ konformità u d-dokumentazzjoni teknika
L-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jew l-Isvizzera jistgħu, wara talba raġunata, jitolbu d-dokumentazzjoni teknika, jew traduzzjoni ta' partijiet minnha minn manifattur ibbażat fit-territorju jew tal-Isvizzera jew ta' Stat Membru. L-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jew l-Isvizzera jistgħu jitolbu minn manifattur ibbażat fl-Isvizzera jew fl-Unjoni Ewropea, il-parti rilevanti tad-dokumentazzjoni teknika f'lingwa uffiċjali tal-awtorità li tkun qed tagħmel it-talba jew bl-Ingliż.
Meta awtorità għas-sorveljanza tas-suq titlob id-dokumentazzjoni teknika jew traduzzjoni ta’ partijiet minnha minn manifattur, din tista’ tistabbilixxi data ta’ skadenza ta’ 30 jum għall-wasla tagħha, sakemm ma tkunx ġustifikata skadenza iqsar minħabba riskju serju u immedjat.
Jekk il-manifattur ibbażat fit-territorju jew tal-Isvizzera jew ta’ Stat Membru ma jkunx konformi ma' din id-dispożizzjoni, l-awtorità għas-sorveljanza tas-suq tista’ titolbu li jsirlu test imwettaq minn korp maħtur għas-spejjeż tiegħu f’perjodu speċifikat sabiex jivverifika l-konformità mal-istandards armonizzati u r-rekwiżiti essenzjali.
2. Talbiet għal tagħrif għall-korpi maħtura
L-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri u tal-Isvizzera jistgħu jitolbu korp maħtur fl-Isvizzera jew fi Stat Membru biex jipprovdi tagħrif dwar kwalunkwe tip ta' ċertifikat ta' eżami li dak il-korp ikun ħareġ jew irtira, jew li hu marbut ma' kwalunkwe rifjut għall-ħarġa ta' ċertifikat, inkluż ir-rapporti tat-testijiet u d-dokumentazzjoni teknika.
3. Obbligi dwar tagħrif ta’ korpi maħtura
B’konformità mal-Artikolu 36(2) tad-Direttiva 2009/48/KE, korpi maħtura għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħra maħtura skont dan il-Ftehim li jwettaq attivitajiet simili ta’ valutazzjonijiet tal-konformità li jkopru l-istess ġugarelli b’tagħrif rilevanti dwar kwistjonijiet marbuta ma’ talbiet negattivi u, wara talba, riżultati pożittivi dwar il-valutazzjoni tal-konformità.
4. Skambju ta’ esperjenza
L-awtoritajiet nazzjonali Svizzeri jistgħu jieħdu sehem fl-iskambju ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membru responsabbli mill-proċedura ta' notifika msemmija fl-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/48/KE.
5. Koordinazzjoni ta’ korpi maħtura
Korpi Svizzeri maħtura għall-valutazzjoni tal-konformità jistgħu jieħdu sehem fil-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni u l-gruppi settorjali jew gruppi ta’ korpi notifikati stipulati fl-Artikolu 38 tad-Direttiva 2009/48/KE, direttament jew permezz ta’ rappreżentanti maħtura.
6. L-aċċess għas-suq
L-importaturi bbażati fl-Unjoni Ewropea jew l-Isvizzera għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar il-ġugarell jew, jekk dan ma jkunx possibbli, dwar l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-ġugarell.
Il-Partijiet jirrikonoxxu b’mod reċiproku din l-indikazzjoni tal-koordinati tal-manifattur u l-importatur, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati, li għandu jissemma bħal hawn fuq. Għall-iskop ta’ dan l-obbligu speċifiku, "importatur” għandu jfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fit-territorju jew tal-Unjoni Ewropea jew tal-Isvizzera li tqiegħed ġugarell minn pajjiż terz fl-Unjoni Ewropea jew fis-suq Svizzeru.
7. Standards armonizzati
L-Isvizzera tirrikonoxxi l-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità permezz tal-leġiżlazzjoni msemmija fit-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu. Fejn l-Isvizzera tqsi li l-konformità ma’ standard armonizzat ma tissodisfax bi sħiħ ir-rekwiżiti li huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni elenkata fit-Taqsima I, din għandha tippreżenta l-kwistjoni quddiem il-Kumitat u tagħti r-raġunijiet tagħha.
Il-Kumitat għandu jqis il-każ u jista' jitlob lill-Unjoni Ewropea biex taġixxi b’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/48/KE. Il-Kumitat għandu jiġi infurmat bir-riżulat tal-proċedura.
8. Proċedura dwar il-ġugarelli li ma jkunux konformi li mhumiex restritti għat-territorju nazzjonali tagħhom (1)
Skont l-Artikolu 12(4) ta’ dan il-Ftehim, f’każijiet fejn l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru jew l-Isvizzera jkunu ħadu azzjoni jew għandhom biżżejjed raġunijiet biex jemmnu li ġugarell kopert mit-Taqsima I ta’ dan il-Kapitolu jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sigurtà tal-bnedmin, u jekk iqisu li n-nuqqas ta' konformità mhijiex restritta għat-territorju nazzjonali tagħhom, huma għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni Ewropea immedjatament dwar:
— |
ir-riżultati tal-evalwazzjoni li huma wettqu u tal-azzjonijiet li huma talbu lill-operatur ekonomiku rilevanti sabiex jieħu; |
— |
miżuri provviżorji meħuda biex jipprojbixxu jew jillimitaw il-ġugarell milli jkun disponibbli fis-suq nazzjonali tagħhom, biex jirtiraw il-ġugarell minn dak is-suq jew biex jissejjaħ lura meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korretta xierqa. Dan jinkludi d-dettalji stabbiliti fl-Artikolu 42(5) tad-Direttiva 2009/48/KE. |
L-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membru jew tal-Isvizzera ħlief l-awtorità li bdiet din il-proċedura, għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet nazzjonali l-oħra bi kull miżura adottata u bi kwalunkwe tagħrif addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-ġugarell ikkonċernat.
Il-Partijiet għandhom jiżguraw li jittieħdu, mingħajr dewmien, miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tal-ġugarell ikkonċernat, bħall-irtirar tal-ġugarell mis-suq.
9. Proċedura ta' salvagwardja f’każ ta' oġġezzjonijiet kontra l-miżuri nazzjonali
Jekk l-Isvizzera jew Stat Membru ma jaqbilx mal-miżura nazzjonali notifikata, din/dan għandu jinforma lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-oġġezzjonijiet tiegħu/tagħha.
Meta, jitqajmu oġġezzjonijiet minn Stat Membru jew l-Isvizzera kontra miżura meħuda mill-Isvizzera jew minn Stat Membru rispettivament, mat-tlestija tal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 8 hawn fuq, jew meta l-Kummissjoni Ewropea tqis li miżura nazzjonali mhijiex konformi mal-leġiżlazzjoni msemmija f’dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni Ewropea għandha tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, mal-Isvizzera u mal-operaturi jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti, mingħajr dewmien, u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali sabiex tiddetermina jekk hijiex ġustifikata jew le.
F’każ ta’ ftehim bejn il-Partijiet dwar ir-riżultati tal-investigazzjonijiet tagħhom, l-Istati Membri u l-Isvizzera għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jittieħdu miżuri ristrettivi xierqa fir-rigward tal-ġugarell ikkonċernat, bħall-irtirar mis-suq tal-ġugarell, mingħajr dewmien.
Jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar ir-riżultati tal-investigazzjonijiet tagħhom, il-kwistjoni għandha tintbagħat quddiem il-Kumitat li jista' jiddeċiedi li jwettaq studju espert.
Meta l-Kumitat iqis li l-miżura tkun:
(a) |
mhux ġustifikata, l-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru jew l-Isvizzera li ħadet il-miżura għandha tirtiraha; |
(b) |
ġustifikata, il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-ġugarell li mhuwiex konformi jiġi rtirat mis-suq tagħhom.” |
(1) Din il-proċedura ma timplikax obbligu tal-Unjoni Ewropea biex tagħti lill-Isvizzera l-aċċess għas-Sistema Rapida ta’ Tagħrif tal-Komunità (“RAPEX”) skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4).
HEMŻA C
Emendi għall-Anness 1
Il-Kapitolu 1 (il-Makkinarju)
Fit-Taqsima I, Id-dispożizzjonijiet legiżlattivi, regolatorji u amministattivi, id-Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2), ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Isvizzera għandhom jitħassru u jinbidlu b'dan li ġej:
“l-Isvizzera |
|
||
|
|||
|
Il-Kapitolu 7 (it-Tagħmir tar-Radju u t-Tagħmir tat-Terminali tat-Telekomunikazzjoni)
Fit-Taqsima I, Id-dispożizzjonijiet legiżlattivi, regolatorji u amministattivi, id-Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2), ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Isvizzera għandhom jitħassru u jinbidlu b'dan li ġej:
“l-Isvizzera |
|
||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
Kapitolu 12 (Vetturi bil-mutur)
It-Taqsima I, id-Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi għandhom jitħassru u jiġu sostitwiti b'dan li ġej:
“
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2)
L-Unjoni Ewropea |
|
||
L-Isvizzera |
|
||
|
Kapitolu 13 (Trakters agrikoli u forestali)
It-Taqsima I, id-Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi għandhom jitħassru u jiġu sostitwiti b'dan li ġej:
“
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2)
L-Unjoni Ewropea |
|
||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
L-Isvizzera |
|
||
|
Kapitolu 14 (Prattika Tajba fil-Laboratorju, GLP)
Fit-Taqsima I, Id-dispożizzjonijiet legiżlattivi, regolatorji u amministattivi, id-Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2), ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Isvizzera għandhom jitħassru u jinbidlu b'dan li ġej:
“l-Isvizzera |
|
||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
Kapitolu 15 (l-Ispezzjonijiet ta' Prattika Tajba fil-Manifattura tal-Prodotti Mediċinali u ċ-Ċertifikazzjoni tal-Lottijiet)
It-Taqsima I, id-Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi għandhom jitħassru u jiġu sostitwiti b'dan li ġej:
“
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2)
L-Unjoni Ewropea |
|
||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
L-Isvizzera |
|
||
|
|||
|
|||
|
DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI EWROPEA
Sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-Kapitolu 3, il-Ġugarelli, u b’konformità mad-Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar l-attendenza tal-Isvizzera fil-kumitati (1), il-Kummissjoni Ewropea se tikkonsulta mal-esperti Svizzeri fl-istadju ta’ tħejjija tal-abbozz tal-miżuri li għandhom jiġu ppreżentati sussegwentament lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 47(1) tad-Direttiva 2009/48/KE.