22.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 223/2013

tat-13 ta' Diċembru 2013

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/135/KE tat-3 ta' Novembru 2009 li tippermetti derogi temporanji għal ċerti kriterji ta' eliġibilità għal donaturi ta' demm sħiħ u ta' komponenti tad-demm stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 2004/33/KE fil-kuntest ta' riskju ta' nuqqas ikkawżat mill-pandemija tal-Influwenza A(H1N1) (1), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fit-30 ta' Ġunju 2010, u konsegwentement ir-referenza għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(2)

Għal raġunijiet prattiċi, l-atti elenkati taħt l-intestatura “ATTI LI TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA” fil-Kapitolu XIII tal-Anness II se jiġu nnumerati mill-ġdid.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Jitħassar it-test tal-punt 15zk (id-Direttiva 2009/135/KE).

2.

Taħt l-intestatura “ATTI LI TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA”, mill-punt 16 (il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 310/86) sal-punt 18 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/453/UE) huma nnumerati mill-ġdid bħala l-punti minn 1 sa 3.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-14 ta' Diċembru 2013, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)  ĠU L 288, 4.11.2009, p. 7.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.