|
22.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 154/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 222/2013
tat-13 ta' Diċembru 2013
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 438/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 li jemenda u jikkoreġi l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' ċerti addittivi tal-ikel (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 497/2013 tad-29 ta' Mejju 2013 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 509/2013 tat-3 ta' Ġunju 2013 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta' diversi addittivi f'ċerti xarbiet alkoħoliċi (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 510/2013 tat-3 ta' Ġunju 2013 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta' ossidi u idrossidi tal-ħadid (E 172), ta' idrossipropil metilċellulosa (E 464) u ta' polisorbati (E 432-436) għall-immarkar ta' ċertu frott (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 536/2013 tal-11 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 li jistabbilixxi lista ta' indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 545/2013 tal-14 ta' Ġunju 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sustanza aromatizzanti 3-aċetil-2,5-dimetiltijofen (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(7) |
Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(8) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 718/2013 tal-25 ta' Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 608/2004 li jikkonċerna l-ittikkettjar ta' ikel u ingredjenti tal-ikel b'fitosteroli, esteri fitosteroli, fitostanoli u/jew esteri fitostanoli miżjuda (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(9) |
Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 iħassar, b'effett mill-20 ta' Lulju 2016, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 (9) u d-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim ŻEE b'effett mill-20 ta' Lulju 2016. |
|
(10) |
Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 iħassar, b'effett mid-data tal-applikazzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11(1) tiegħu, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009 (11) u d-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE (12), 1999/21/KE (13), 2006/125/KE (14) u 2006/141/KE (15), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim ŻEE b'effett mid-data tal-applikazzjoni fiż-ŻEE tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 609/2013. |
|
(11) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein bil-kundizzjoni li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein. |
|
(12) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Dan li ġej jiżdied mal-punt 54zzo (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004): “, kif emendant minn:
|
|
2. |
L-inċiżi li ġejjin jiżiedu mal-punt 54zzzzr (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
3. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzzs (ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
4. |
Dan li ġej jiżdied mal-punt 54zzzzzp (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012): “, kif emendant minn:
|
|
5. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 69 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012):
|
|
6. |
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 75 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2013):
|
|
7. |
It-test tal-punti 54zzzza (ir-Regolament (KE) Nru 41/2009) u 54zzzzj (id-Direttiva 2009/39/KE) jitħassar b'effett mill-20 ta' Lulju 2016. |
|
8. |
It-test tal-punti 54p (id-Direttiva 96/8/KE), 54w (id-Direttiva 1999/21/KE), 54zzza (id-Direttiva 2006/125/KE), 54zzzv (id-Direttiva 2006/141/KE) u 54zzzzl (ir-Regolament (KE) Nru 953/2009) jitħassru b'effett mid-data tal-applikazzjoni fiż-ŻEE tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 609/2013. |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 438/2013, (UE) Nru 497/2013, (UE) Nru 509/2013, (UE) Nru 510/2013, (UE) Nru 536/2013, (UE) Nru 545/2013, (UE) Nru 609/2013 u (UE) Nru 718/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-14 ta' Diċembru 2013, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Thórir IBSEN
(1) ĠU L 129, 14.5.2013, p. 28.
(2) ĠU L 143, 30.5.2013, p. 20.
(3) ĠU L 150, 4.6.2013, p. 13.
(4) ĠU L 150, 4.6.2013, p. 17.
(5) ĠU L 160, 12.6.2013, p. 4.
(6) ĠU L 163, 15.6.2013, p. 15.
(7) ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35.
(8) ĠU L 201, 26.7.2013, p. 49.
(10) ĠU L 124, 20.5.2009, p. 21.
(11) ĠU L 269, 14.10.2009, p. 9.
(12) ĠU L 55, 6.3.1996, p. 22.
(13) ĠU L 91, 7.4.1999, p. 29.
(14) ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16.
(15) ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1.
(*1) Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.