22.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 213/2013

tat-13 ta' Diċembru 2013

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) ta' mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 415/2013 tas-6 ta' Mejju 2013 li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplimentari għall-laboratorji ta' referenza tal-UE għar-rabja, tuberkulosi tal-ifrat u s-saħħa tan-naħal, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 737/2008 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 87/2011 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 415/2013 jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 87/2011 (2) li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tikkonċerna kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

L-Anness I ta' mal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Parti 3.2 ta' Kapitolu I tal-Anness I ta' mal-Ftehim ŻEE għandha tiġi emendata kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 41 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2008)

“—

32013 R 0415: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 415/2013 tas-6 ta' Mejju 2013 (ĠU L 125, 7.5.2013, p. 7).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 46 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 175/2010):

“47.

32013 R 0415: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 415/2013 tas-6 ta' Mejju 2013 li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplimentari għall-laboratorji ta' referenza tal-UE għar-rabja, tuberkulosi tal-ifrat u s-saħħa tan-naħal, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 737/2008 u li jħassar r-Regolament (UE) Nru 87/2011 (ĠU L 125, 7.5.2013, p. 7).

Dan l-att japplika għall-Islanda għall-oqsma msemmija fil-paragrafu 2 fil-Parti Introduttorja.”

Artikolu 2

It-test tas-seba' inċiż (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 87/2011) f'punt 11 (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) f'Parti 1.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I jitħassar.

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 415/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jkunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-14 ta' Diċembru 2013, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)  ĠU L 125, 7.5.2013, p. 7.

(2)  ĠU L 29, 3.2.2011, p. 1.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.