27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 211/2013

tat-8 ta’ Novembru 2013

li temenda l-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 144/2013 tad-19 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti prattiki enoloġiċi u r-restrizzjonijiet fuqhom, kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 436/2009 f’dak li għandu x’jaqsam mar-reġistrazzjoni ta’ dawn il-prattiki fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr tal-prodotti tal-vinji tal-inbid u f’dak li għandu x’jaqsam mar-reġistri li għandhom jinżammu (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 172/2013 tas-26 ta’ Frar 2013 dwar it-tneħħija ta’ ċerti ismijiet eżistenti tal-inbejjed mir-reġistru provdut fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid. Il-leġiżlazzjoni rigward l-inbid ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fis-seba’ paragrafu tal-introduzzjoni għall-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Il-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi 1 tal-Protokoll 47 ta’ mal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 9 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009):

“, kif emendant minn:

32013 R 0144: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 144/2013 tad-19 ta’ Frar 2013 (ĠU L 47, 20.2.2013, p. 56).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 10 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009):

“—

32013 R 0144: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 144/2013 tad-19 ta’ Frar 2013 (ĠU L 47, 20.2.2013, p. 56).”

3.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 12 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1022/2010):

“13.

32013 R 0172: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 172/2013 tas-26 ta’ Frar 2013 dwar it-tneħħija ta’ ċerti ismijiet eżistenti tal-inbejjed mir-reġistru provdut fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 55, 27.2.2013, p. 20).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 144/2013 u (UE) Nru 172/2013 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)   ĠU L 47, 20.2.2013, p. 56.

(2)   ĠU L 55, 27.2.2013, p. 20.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.