27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 206/2013

tat-8 ta’ Novembru 2013

li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-Istat) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1540/98 (1), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE, skada fil-31 ta’ Diċembru 2003, u konsegwentement ir-referenza li ssir għalih għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1177/2002 (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE, skada fil-31 ta’ Marzu 2005, wara l-estensjoni tal-validità tiegħu permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 502/2004 (3), u konsegwentement ir-referenza li ssir għalih għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2496/96/KEFA (4), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fit-22 ta’ Lulju 2002 u konsegwentement ir-referenza li ssir għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(4)

L-Anness XV tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punti 1aa (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2496/96/KEFA), 1b (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1540/98) u 1ca (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1177/2002) tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE ġie mħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fid- 9 ta’ Novembru 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)  ĠU L 202, 18.7.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 172, 2.7.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 81, 19.3.2004, p. 6.

(4)  ĠU L 338, 28.12.1996, p. 42.

(*)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.