27.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 203/2013
tat-8 ta’ Novembru 2013
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 104/2013 tal-4 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tal-iskrinjar ta’ passiġġieri u ta’ persuni għajr il- passiġġieri permezz ta’ tagħmir għall-Individwazzjoni ta’ Traċċi ta’ Splussivi (ETD - Explosive Trace Detection) flimkien ma’ tagħmir li jinżamm fl-Idejn għall-Individwazzjoni tal-Metall (HHMD - Hand Held Metal Detection) (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/511/UE tal-4 ta’ Frar 2013 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 774 fir-rigward tal-iskrinjar ta’ passiġġieri u ta’ persuni għajr il-passiġġieri permezz ta’ tagħmir għall-Individwazzjoni ta’ Traċċi ta’ Splussivi (ETD) flimkien ma’ tagħmir li jinżamm fl-Idejn għall-Individwazzjoni tal-Metall (HHMD) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Għalhekk l-Anness XIII ta’ mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE se jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-inċiż li ġej jiddaħħal fil-punt 66he (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010):
|
2. |
L-inċiż li ġej jiddaħħal fil-punt 66hf (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 774 finali):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 104/2013 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Thórir IBSEN
(*) L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.