27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 190/2013

tat-8 ta’ Novembru 2013

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 394/2013 tad-29 ta’ April 2013 li jemenda l-Anness għar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, fir-rigward tas-sustanza monepantel (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 406/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, għal dak li jirigwarda s-sustanza prednisolon (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 13 (Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 0394: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 394/2013 tad-29 ta’ April 2013 (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 17),

32013 R 0406: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 406/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 (ĠU L 121, 3.5.2013, p. 42).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 394/2013 u (UE) Nru 406/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fid- 9 ta’ Novembru 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)  ĠU L 118, 30.4.2013, p. 17.

(2)  ĠU L 121, 3.5.2013, p. 42.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.