27.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 188/2013
tat-8 ta’ Novembru 2013
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2013 tad-19 ta’ Marzu 2013 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta’ fosfat tat-trikalċju (E 341 (iii)) fi preparazzjonijiet tan-nutrijenti maħsuba għall-użu f’ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 256/2013 tad-19 ta’ Marzu 2013 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-askorbat tas-sodju (E 301) fi preparazzjonijiet tal-Vitamina D maħsubin biex jintużaw f’ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni b’rabta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein. |
(4) |
L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 54zzzzr (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
“— |
32013 R 0244: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2013 tad-19 ta’ Marzu 2013 (ĠU L 77, 20.3.2013, p. 3), |
— |
32013 R 0256: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 256/2013 tal-20 ta’ Marzu 2013 (ĠU L 79, 21.3.2013, p. 24).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 244/2013 u (UE) Nru 256/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fid- 9 ta’ Novembru 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Thórir IBSEN
(2) ĠU L 79, 21.3.2013, p. 24.
(*) L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.