27.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 180/2013
tat-8 ta’ Novembru 2013
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/766/UE tas-7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Parti A tal-Anness XI mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji nazzjonali awtorizzati biex jimmaniġġjaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/767/UE tas-7 ta’ Diċembru 2012 li tinnomina laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer u li tħassar id-Deċiżjoni 2006/393/KE (2) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/767/UE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/393/KE (3) li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement titħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-annimali ħajjin għajr il-ħut u l-annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Islanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Islanda. |
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
(6) |
L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE) fil-Parti 3.1:
|
2. |
It-test tal-punt 35 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/393/KE) fil-Parti 3.2 jiġi sostitwit b’dan li ġej: “32012 D 0767: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/767/UE tas-7 ta’ Diċembru 2012 li tinnomina laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer u li tħassar id-Deċiżjoni 2006/393/KE (ĠU L 337, 11.12.2012, p. 54). Dan l-att mhux se japplika għall-Islanda.” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2012/766/UE u 2012/767/UE fil-lingwa Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Thórir IBSEN
(1) ĠU L 337, 11.12.2012, p. 53.
(2) ĠU L 337, 11.12.2012, p. 54.
(3) ĠU L 152, 7.6.2006, p. 31.
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.