27.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 168/2013

tat-8 ta’ Ottubru 2013

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/32/UE tad-19 ta’ Jannar 2012 li tirrikjedi lill-Istati Membri li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ aċċessorji tat-tip ta’ bastun b’manku twil għal għodda tal-id għall-qtugħ ta’ siġar salvaġġi (1) għandha tiġi inkorprata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1c (id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXIV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“1d.

32012 D 0032: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/32/UE tad-19 ta’ Jannar 2012 li tirrikjedi lill-Istati Membri li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ aċċessorji tat-tip ta’ bastun b’manku twil għal għodda tal-id għall-qtugħ ta’ siġar salvaġġi (ĠU L 18, 21.1.2012, p. 5).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2012/32/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-9 ta’ Ottubru 2013, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)  ĠU L 18, 21.1.2012, p. 5.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.