19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 148/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew (1) ġie inkorporat fil-Ftehim ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 85/2009 (2).

(2)

L-Anness I, parti B tar-Regolament (KE) Nru 29/2009 għandu jkun adattat, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fil-FIR tan-Norveġja fin-Nofsinhar ta’ 61° 30′ skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(3).

(3)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-segwenti jiżdied mal-punt 66wg (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Is-segwenti jiżdied fl-Anness I Parti B:

‘—

FIR tan-Norveġja fin-Nofsinhar ta’ 61° 30′’ ”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)  ĠU L 13, 17.1.2009, p. 3.

(2)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 37.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.