19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 141/2013

tal-15 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 722/2012 tat-8 ta’ Awwissu 2012 dwar rekwiżiti partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem u l-mezzi mediċi manifatturati bl-użu ta’ tessuti li ġejjin mill-annimali (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 722/2012 iħassar, b’effett mid-29 ta’ Awwissu 2013, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/32/KE (2) li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar taħt il-Ftehim ŻEE b’effett, mid-29 ta’ Awwissu 2013.

(3)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XXX tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 5 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/32/KE):

“5a.

32012 R 0722: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 722/2012 tat-8 ta’ Awwissu 2012 dwar rekwiżiti partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem u l-mezzi mediċi manifatturati bl-użu ta’ tessuti li ġejjin mill-annimali (ĠU L 212, 9.8.2012, p. 3).”

2.

It-test tal-punt 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 2003/32/KE) jitħassar b’effett mid-29 ta’ Awwissu 2013.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 722/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2013, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)  ĠU L 212, 9.8.2012, p. 3.

(2)  ĠU L 105, 26.4.2003, p. 18.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.