28.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 112/2013

tal-14 ta’ Ġunju 2013

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/477/UE tas- 27 ta’ Lulju 2011 dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej dwar ċerti riskji għat-tfal minħabba f’tendini interni, ilqugħ tat-twieqi bil-ħbula u tagħmir tas-sikurezza skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 3q (id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XIX tal-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE:

“3r.

32011 D 0477: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/477/UE tas-27 ta’ Lulju 2011 dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej dwar ċerti riskji għat-tfal minħabba f’tendini interni, ilqugħ tat-twieqi bil-ħbula u tagħmir tas-sikurezza skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 196, 28.7.2011, p. 21).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2011/477/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-15 ta’ Ġunju 2013, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE. (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 196, 28.7.2011, p. 21.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.