31.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 60/2013

tat-3 ta’ Mejju 2013

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1229/2012 tal-10 ta’ Diċembru 2012 li jemenda l-Annessi IV u XII tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Qafas) (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jinżdied mal-punt 45zx (id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu I tal-Anness II mal-Ftehim ŻEE:

“—

32012 R 1229: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1229/2012 tal-10 ta’ Diċembru 2012 (ĠU L 353, 21.12.2012, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1229/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Mejju 2013, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE ikunu ġew magħmula (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 353, 21.12.2012, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.