|
31.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 291/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 55/2013
tat-3 ta’ Mejju 2013
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 880/2011 tat-2 ta’ Settembru 2011 li jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 208/2011 li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 u (KE) Nru 737/2008 dwar listi u ismijiet tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-annimali ħajjin għajr il-ħut u l-annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Islanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Il-parti ta’ din id-Deċiżjoni li tikkonċerna l-Kapitolu I tal-Anness I għalhekk ma għandhiex tapplika għall-Islanda. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tikkonċerna kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(4) |
Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Dan li ġej jiżdied mas-sitt inċiż (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2011) fil-punt 11 (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I: “, kif emendat minn:
|
|
2. |
Dan li ġej jiżdied mal-ewwel inċiż (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2011) fil-punt 41 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2008) fil-Parti 3.2 tal-Kapitolu I: “, kif emendat minn:
|
|
3. |
Dan li ġej jiżdied mal-ewwel inċiż (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2011) fil-punt 90 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008) fil-Parti 4.2 tal-Kapitolu I: “, kif emendat minn:
|
|
4. |
Dan li ġej jiżdied mar-raba’ inċiż (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2011) fil-punt 31j (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II: “, kif emendat minn:
|
Artikolu 2
Dan li ġej jiżdied mar-raba’ inċiż (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2011) fil-punt 54zzzi (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II ta’ mal-Ftehim:
“, kif emendat minn:
|
— |
32011 R 0880: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 880/2011 tat-2 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 228, 3.9.2011, p. 8).” |
Artikolu 3
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 880/2011 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Mejju 2013, sakemm isiru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.