|
29.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 231/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 40/2013
tal-15 ta’ Marzu 2013
li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) ta’ mal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/484/UE tal-21 ta’ Awwissu 2012 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-dejta personali mir-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj fir-rigward tal-ipproċessar awtomatizzat tad-dejta personali (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk l-Anness XI ta’ mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 5en (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/61/UE) tal-Anness XI ta’ mal-Ftehim ŻEE:
|
“5eo. |
32012 D 0484: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/484/UE tal-21 ta’ Awwissu 2012 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-dejta personali mir-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj fir-rigward tal-ipproċessar awtomatizzat tad-dejta personali (ĠU L 227, 23.8.2012, p. 11).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/484/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Marzu 2013, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 227, 23.8.2012, p. 11.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.