30.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 29/2013

tal-1 ta’ Frar 2013

li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2012/6/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji fir-rigward ta’ mikroentitajiet (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 4 (Ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE) tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32012 L 0006: Id-Direttiva 2012/6/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2012/6/UE bil-lingwa Islandiż u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 81, 21.3.2012, p. 3.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.