|
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 10/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 tal-1 ta’ Marzu 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (1) kif ikkoreġut bil-ĠU L 124, 11.5.2012, p. 56, irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 392/2012 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 95/13/KE (2) li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
L-Annessi II u IV tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 4c (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/13/KE) jinbidel b’dan li ġej: “ 32012 R 0392: Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 tal-1 ta’ Marzu 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ (ĠU L 123, 9.5.2012, p. 1), kif ikkoreġut bil-ĠU L 124, 11.5.2012, p. 56.” |
|
2. |
Jitħassar it-test tat-Taqsima 3 tal-Appendiċi 1 u t-Taqsima 3 tal-Appendiċi 2. |
Artikolu 2
L-Anness IV tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 11c (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/13/KE) jinbidel b’dan li ġej: “ 32012 R 0392: Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 tal-1 ta’ Marzu 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ (ĠU L 123, 9.5.2012, p. 1), kif ikkoreġut bil-ĠU L 124, 11.5.2012, p. 56 (3). (3) Elenkat hawn għall-finijiet ta’ tagħrif biss; għall-applikazzjoni ara l-Anness II dwar ir-Regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċertifikazzjoni.” " |
|
2. |
Jitħassar it-test tat-Taqsima 3 tal-Appendiċi 5 u t-Taqsima 3 tal-Appendiċi 6. |
Artikolu 3
It-testi tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 392/2012, hekk kif ikkoreġuti mill-ĠU L 124, 11.5.2012, p. 56, bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013 dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 217/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 (4), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(2) ĠU L 136, 21.6.1995, p. 28.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.