31.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 361/10 |
Informazzjoni dwar id-data tal-firma tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja
L-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja ffirmaw il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, fi Brussell fit-12 ta’ Diċembru 2012 u f'Nouakchott fis-16 ta’ Diċembru 2012 rispettivament.
Għaldaqstant il-Protokoll japplika b'mod proviżorju mis-16 ta’ Diċembru 2012 skont l-Artikolu 9 tiegħu.