10.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 213/1


Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Możambik

Fid-19 ta’ April 2012, ir-Repubblika tal-Możambik innotifikat lill-Unjoni Ewropea li kienet lestiet il-proċeduri ta’ konklużjoni tagħha.

Bl-istess mod, fit-13 ta’ Ġunju 2012, l-Unjoni Ewropea nnotifikat lir-Repubblika tal-Możambik li l-Kunsill kien lesta, f’isem l-Unjoni Ewropea, il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ta’ hawn fuq, iffirmat fi Brussell fl-1 ta’ Frar 2012.

Il-Protokoll għaldaqstant daħal fis-seħħ fit-13 ta’ Ġunju 2012 skont l-Artikolu 16 tiegħu.