2.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/1


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fil-ħidma tal-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen

L-Arranġament (1) imsemmi hawn fuq ġie ffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Settembru 2011. Billi l-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tlestew fis-26 ta’ Marzu 2012, dan l-Arranġament daħal fis-seħħ safejn hija kkonċernata l-Konfederazzjoni Svizzera, f’konformità mal-Artikolu 7 tal-Arranġament, fl-1 ta’ Mejju 2012.


(1)  ĠU L 103, 13.4.2012, p. 4.