|
20.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 290/18 |
DEĊIŻJONI Nru 2/2012 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-LIBANU
tas-17 ta’ Settembru 2012
li tistabbilixxi s-sottokumitati tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni
(2012/652/UE)
IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-LIBANU,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”),
Billi:
|
(1) |
Għandha tiġi stabbilita żona ta’ kummerċ liberu bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2015. |
|
(2) |
Ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran qed isiru dejjem iżjed kumplessi minħabba l-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranji u t-tkomplija tas-sħubija Ewro-Mediterranja. |
|
(3) |
Ġew stabbiliti sottokumitati tal-kumitati ta’ assoċjazzjoni tal-pajjiżi assoċjati l-oħrajn sabiex jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tas-sħubija u l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni. |
|
(4) |
Tinħass il-ħtieġa li l-ambjent fil-politika settorjali jkun integrat bil-għan li ssir promozzjoni għall-iżvilupp sostenibbli. |
|
(5) |
L-Artikolu 80 tal-Ftehim jipprovdi għall-ħolqien ta’ gruppi ta’ ħidma jew korpi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Ftehim. |
|
(6) |
Għandhom jiġu stabbiliti sottokumitati tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni u għandhom jiġu adottati r-regoli ta’ proċedura tagħhom, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-sottokumitati tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Libanu elenkati fl-Anness I huma b’dan stabbiliti u r-regoli ta’ proċedura tagħhom li jinsabu fl-Anness II huma b’dan adottati.
Huma għandhom jaħdmu taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandhom jirrappurtaw wara kull waħda mil-laqgħat tagħhom. Is-sottokumitati m’għandu jkollhom ebda setgħa li jieħdu deċiżjonijiet.
Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni għandu jieħu kwalunkwe azzjoni oħra kollha meħtieġa biex dawn joperaw tajjeb u għal dan il-għan jgħarraf lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni.
Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi aktar sottokumitati jew gruppi jew li jabolixxi sottokumitati jew gruppi eżistenti.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Libanu
Il-President
C. ASHTON
ANNESS I
SOTTOKUMITATI TAL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-LIBANU
|
(1) |
Id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u governanza |
|
(2) |
Materji ekonomiċi u finanzjarji |
|
(3) |
L-industrija, il-kummerċ u s-servizzi |
|
(4) |
Is-suq intern |
|
(5) |
Affarijiet soċjali u relatati mal-migrazzjoni |
|
(6) |
Il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà |
|
(7) |
L-agrikoltura u s-sajd |
|
(8) |
It-trasport, l-enerġija u l-ambjent |
|
(9) |
Il-kooperazzjoni doganali u t-tassazzjoni |
|
(10) |
Ir-riċerka, l-innovazzjoni, is-soċjetà ta’ informazzjoni, l-edukazzjoni u l-kultura |
ANNESS II
REGOLI TA’ PROĊEDURA
SOTTOKUMITAT UE-LIBANU Nru 1
DRITTIJIET TAL-BNIEDEM, DEMOKRAZIJA U GOVERNANZA
1. Kompożizzjoni u presidenza
Is-sottokumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-Gvern tal-Libanu. Għandu jkun presedut alternatament miż-żewġ partijiet. Kull parti għandha taħtar il-president tagħha.
2. Rwol
Is-sottokumitat għandu jkun forum għal diskussjoni, konsultazzjoni u valutazzjoni, u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Is-sottokumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu d-deċiżjonijiet iżda jista’ jippreżenta proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
3. Tematika
Is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan relatat ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fl-oqsma elenkati hawn taħt, fost oħrajn, u għandu jivvaluta l-progress li jkun sar fir-rigward tal-għanijiet u l-azzjonijiet identifikati u li sar qbil dwarhom fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fejn relevanti, għandha tkun diskussa kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. Is-sottokumitat għandu jeżamina problemi li jistgħu jqumu fis-setturi elenkati hawn taħt u għandu jissuġġerixxi passi possibbli li jistgħu jittieħdu.
|
(a) |
It-tisħiħ tad-demokrazija, tal-governanza u tal-istat tad-dritt, inkluża l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja. |
|
(b) |
Ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali prinċipali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-ħelsien fundamentali u l-protokolli għal dawn il-konvenzjonijiet. L-implimentazzjoni tal-obbligi tal-komunikazzjoni u l-eżaminar tar-riżervi. |
|
(c) |
Il-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali nazzjonali. |
|
(d) |
Il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet relatati mal-politika barranija u l-immaniġġar ta’ kriżijiet, anke f’organizzazzjonijiet internazzjonali. |
|
(e) |
Il-kooperazzjoni reġjonali (inkluża l-koordinazzjoni fi kwistjonijiet reġjonali mqajma minn sottokumitati oħrajn). |
Il-lista ta’ hawn fuq mhijiex eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
Is-sottokumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet marbuta ma’ qasam wieħed, ma’ wħud jew mal-oqsma kollha msemmija hawn fuq.
4. Is-Segretarjat
Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern tal-Libanu għandhom jaġixxu b’mod konġunt bħala segretarji permanenti tas-sottokumitat.
Il-komunikati kollha li jikkonċernaw is-sottokumitat għandhom jitwasslu lis-segretarji. Is-segretarji għandhom ikunu responsabbli għat-tħejjija tal-laqgħat tas-sottokumitati, u għall-iffissar tad-dati u t-tfassil tal-aġendi.
5. Laqgħat
Is-sottokumitat għandu jiltaqa’ kull meta jirrikjedu ċ-ċirkustanzi, u fil-prinċipju almenu darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba mill-president ta’ xi parti minnhom, imwassla permezz tas-segretarju tagħha, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien ħmistax-il jum ta’ xogħol minn meta tasallu talba għal-laqgħa tas-sottokumitat. Meta jkun possibbli, u bi ftehim maż-żewġ partijiet, numru talaqgħat tas-sottokumitati jista’ jinġema’ għal matul diversi ġranet.
F’każijiet ta’ urġenza partikolari, il-laqgħat tas-sottokumitati jistgħu jissejħu f’iqsar żmien, basta jkun hemm il-qbil taż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha sabiex jissejħu l-laqgħat għandhom isiru bil-miktub.
Kull laqgħa tas-sottokumitat għandha ssir fi żmien u f’post li dwarhom ikun hemm qbil miż-żewġ partijiet.
Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju inkarigat bi qbil mal-president. Qabel kull laqgħa, il-President jingħata tagħrif dwar il-formazzjoni prevista tad-delegazzjoni ta’ kull parti.
Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sottokumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tagħhom biex jipprovdu informazzjoni speċifika skont kif mixtieq.
6. L-aġenda tal-laqgħat
It-talbiet kollha għall-punti biex jiġu inklużi fl-aġenda tas-sottokumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji.
Għandha titfassal aġenda provviżorja mill-president għal kull laqgħa. Din għandha tiġi mgħoddija mis-segretarju/a inkarigat/a lill-kontraparti tiegħu jew tagħha mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.
L-aġenda provviżorja għandha tinkludi l-punti kollha li dwarhom is-segretarji jkunu rċevew talba biex jiġu inklużi fl-aġenda mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumentazzjoni supplimentari għandha tasal għand iż-żewġ partijiet għall-anqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Sabiex jitqiesu materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru sakemm ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.
L-aġenda għandha tiġi adottata mis-sottokumitat fil-bidu ta’ kull laqgħa.
7. Minuti
Għandhom jittieħdu minuti miż-żewġ segretarji u jkunu approvati wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet tas-sottokumitat, għandhom jingħataw mis-segretarji tas-sottokumitat lis-segretarji u lill-president tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
8. Pubbliċità
Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tas-sottokumitat m’għandhomx ikunu pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu kunfidenzjali.
REGOLI TA’ PROĊEDURA
SOTTOKUMITAT UE-LIBANU Nru 2
MATERJI EKONOMIĊI U FINANZJARJI
1. Kompożizzjoni u presidenza
Is-sottokumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-Gvern tal-Libanu. Għandu jkun presedut alternatament miż-żewġ partijiet. Kull parti għandha taħtar il-president tagħha.
2. Rwol
Is-sottokumitat għandu jkun forum għal diskussjoni, konsultazzjoni u valutazzjoni, u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Is-sottokumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu d-deċiżjonijiet iżda jista’ jippreżenta proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
3. Tematika
Is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan relatat ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fl-oqsma elenkati hawn taħt, fost oħrajn, u għandu jivvaluta l-progress li jkun sar fir-rigward tal-għanijiet u l-azzjonijiet identifikati u li sar qbil dwarhom fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fejn relevanti, għandha tkun diskussa kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. Is-sottokumitat għandu jeżamina problemi li jistgħu jqumu fis-setturi elenkati hawn taħt u għandu jissuġġerixxi passi possibbli li jistgħu jittieħdu:
|
(a) |
Il-politika makro-ekonomika. |
|
(b) |
Il-politika ekonomika strutturali. |
|
(c) |
Is-servizzi finanzjarji (aspetti makro-ekonomiċi) u s-swieq tal-kapitali. |
|
(d) |
Il-movimenti tal-kapitali u l-pagamenti. |
|
(e) |
L-amministrazzjoni tal-finanzi pubbliċi, inkluż il-kontroll finanzjarju intern fis-settur pubbliku. |
|
(f) |
Il-pensjonijiet u s-sigurtà soċjali (aspetti ekonomiċi). |
|
(g) |
L-istatistika. |
Il-lista ta’ hawn fuq mhijiex eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
Is-sottokumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet marbuta ma’ qasam wieħed, ma’ wħud jew mal-oqsma kollha msemmija hawn fuq.
4. Is-Segretarjat
Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern tal-Libanu għandhom jaġixxu b’mod konġunt bħala segretarji permanenti tas-sottokumitat.
Il-komunikati kollha li jikkonċernaw is-sottokumitat għandhom jitwasslu lis-segretarji. Is-segretarji għandhom ikunu responsabbli għat-tħejjija tal-laqgħat tas-sottokumitati, u għall-iffissar tad-dati u t-tfassil tal-aġendi.
5. Laqgħat
Is-sottokumitat għandu jiltaqa’ kull meta jirrikjedu ċ-ċirkustanzi, u fil-prinċipju almenu darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba mill-president ta’ xi parti minnhom, imwassla permezz tas-segretarju tagħha, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien ħmistax-il jum ta’ xogħol minn meta tasallu talba għal-laqgħa tas-sottokumitat. Meta jkun possibbli, u bi ftehim maż-żewġ partijiet, numru talaqgħat tas-sottokumitati jista’ jinġema’ għal matul diversi ġranet.
F’każijiet ta’ urġenza partikolari, il-laqgħat tas-sottokumitati jistgħu jissejħu f’iqsar żmien, basta jkun hemm il-qbil taż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha sabiex jissejħu l-laqgħat għandhom isiru bil-miktub.
Kull laqgħa tas-sottokumitat għandha ssir fi żmien u f’post li dwarhom ikun hemm qbil miż-żewġ partijiet.
Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju inkarigat bi qbil mal-president. Qabel kull laqgħa, il-President jingħata tagħrif dwar il-formazzjoni prevista tad-delegazzjoni ta’ kull parti.
Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sottokumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tagħhom biex jipprovdu informazzjoni speċifika skont kif mixtieq.
6. L-aġenda tal-laqgħat
It-talbiet kollha għall-punti biex jiġu inklużi fl-aġenda tas-sottokumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji.
Għandha titfassal aġenda provviżorja mill-president għal kull laqgħa. Din għandha tiġi mgħoddija mis-segretarju/a inkarigat/a lill-kontraparti tiegħu jew tagħha mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.
L-aġenda provviżorja għandha tinkludi l-punti kollha li dwarhom is-segretarji jkunu rċevew talba biex jiġu inklużi fl-aġenda mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumentazzjoni supplimentari għandha tasal għand iż-żewġ partijiet għall-anqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Sabiex jitqiesu materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru sakemm ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.
L-aġenda għandha tiġi adottata mis-sottokumitat fil-bidu ta’ kull laqgħa.
7. Minuti
Għandhom jittieħdu minuti miż-żewġ segretarji u jkunu approvati wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet tas-sottokumitat, għandhom jingħataw mis-segretarji tas-sottokumitat lis-segretarji u lill-president tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
8. Pubbliċità
Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tas-sottokumitat m’għandhomx ikunu pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu kunfidenzjali.
REGOLI TA’ PROĊEDURA
SOTTOKUMITAT UE-LIBANU Nru 3
INDUSTRIJA, KUMMERĊ U SERVIZZI
1. Kompożizzjoni u presidenza
Is-sottokumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-Gvern tal-Libanu. Għandu jkun presedut alternatament miż-żewġ partijiet. Kull parti għandha taħtar il-president tagħha.
2. Rwol
Is-sottokumitat għandu jkun forum għal diskussjoni, konsultazzjoni u valutazzjoni, u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Is-sottokumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu d-deċiżjonijiet iżda jista’ jippreżenta proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
3. Tematika
Is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan relatat ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP, European Neighbourhood Policy) fl-oqsma elenkati hawn taħt, fost oħrajn, u għandu jivvaluta l-progress li jkun sar fir-rigward tal-għanijiet u l-azzjonijiet identifikati u li sar qbil dwarhom fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-ENP. Fejn relevanti, għandha tkun diskussa kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. Is-sottokumitat għandu jeżamina problemi li jistgħu jqumu fis-setturi elenkati hawn taħt u għandu jissuġġerixxi passi possibbli li jistgħu jittieħdu.
|
(a) |
Politika ta’ intrapriża u kooperazzjoni industrijali. |
|
(b) |
Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-ENP. |
|
(c) |
Kwistjonijiet kummerċjali bilaterali. |
|
(d) |
Servizzi u investiment. |
|
(e) |
Tħejjija ta’ ftehimiet kummerċjali dwar regolamenti tekniċi, standards u valutazzjoni ta’ konformità. |
|
(f) |
Kooperazzjoni fil-qasam tal-kummerċ elettroniku (e-commerce). |
|
(g) |
Turiżmu. |
Il-lista ta’ hawn fuq mhijiex eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
Is-sottokumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet marbuta ma’ qasam wieħed, ma’ wħud jew mal-oqsma kollha msemmija hawn fuq.
4. Is-Segretarjat
Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern tal-Libanu għandhom jaġixxu b’mod konġunt bħala segretarji permanenti tas-sottokumitat.
Il-komunikati kollha li jikkonċernaw is-sottokumitat għandhom jitwasslu lis-segretarji. Is-segretarji għandhom ikunu responsabbli għat-tħejjija tal-laqgħat tas-sottokumitati, u għall-iffissar tad-dati u t-tfassil tal-aġendi.
5. Laqgħat
Is-sottokumitat għandu jiltaqa’ kull meta jirrikjedu ċ-ċirkustanzi, u fil-prinċipju almenu darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba mill-president ta’ xi parti minnhom, imwassla permezz tas-segretarju tagħha, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien ħmistax-il jum ta’ xogħol minn meta tasallu talba għal-laqgħa tas-sottokumitat. Meta jkun possibbli, u bi ftehim maż-żewġ partijiet, numru talaqgħat tas-sottokumitati jista’ jinġema’ għal matul diversi ġranet.
F’każijiet ta’ urġenza partikolari, il-laqgħat tas-sottokumitati jistgħu jissejħu f’iqsar żmien, basta jkun hemm il-qbil taż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha sabiex jissejħu l-laqgħat għandhom isiru bil-miktub.
Kull laqgħa tas-sottokumitat għandha ssir fi żmien u f’post li dwarhom ikun hemm qbil miż-żewġ partijiet.
Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju inkarigat bi qbil mal-president. Qabel kull laqgħa, il-President jingħata tagħrif dwar il-formazzjoni prevista tad-delegazzjoni ta’ kull parti.
Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sottokumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tagħhom biex jipprovdu informazzjoni speċifika skont kif mixtieq.
6. L-aġenda tal-laqgħat
It-talbiet kollha għall-punti biex jiġu inklużi fl-aġenda tas-sottokumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji.
Għandha titfassal aġenda provviżorja mill-president għal kull laqgħa. Din għandha tiġi mgħoddija mis-segretarju/a inkarigat/a lill-kontraparti tiegħu jew tagħha mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.
L-aġenda provviżorja għandha tinkludi l-punti kollha li dwarhom is-segretarji jkunu rċevew talba biex jiġu inklużi fl-aġenda mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumentazzjoni supplimentari għandha tasal għand iż-żewġ partijiet għall-anqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Sabiex jitqiesu materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru sakemm ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.
L-aġenda għandha tiġi adottata mis-sottokumitat fil-bidu ta’ kull laqgħa.
7. Minuti
Għandhom jittieħdu minuti miż-żewġ segretarji u jkunu approvati wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet tas-sottokumitat, għandhom jingħataw mis-segretarji tas-sottokumitat lis-segretarji u lill-president tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
8. Pubbliċità
Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tas-sottokumitat m’għandhomx ikun pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu kunfidenzjali.
REGOLI TA’ PROĊEDURA
SOTTOKUMITAT UE-LIBANU Nru 4
IS-SUQ INTERN
1. Kompożizzjoni u presidenza
Is-sottokumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-Gvern tal-Libanu. Għandu jkun presedut alternatament miż-żewġ partijiet. Kull parti għandha taħtar il-president tagħha.
2. Rwol
Is-sottokumitat għandu jkun forum għal diskussjoni, konsultazzjoni u valutazzjoni, u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Is-sottokumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu d-deċiżjonijiet iżda jista’ jippreżenta proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
3. Tematika
Is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan relatat ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fl-oqsma elenkati hawn taħt, fost oħrajn, u għandu jivvaluta l-progress li jkun sar fir-rigward tal-għanijiet u l-azzjonijiet identifikati u li sar qbil dwarhom fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fejn relevanti, għandha tkun diskussa kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. Is-sottokumitat għandu jeżamina problemi li jistgħu jqumu fis-setturi elenkati hawn taħt u għandu jissuġġerixxi passi possibbli li jistgħu jittieħdu:
|
(a) |
Il-kooperazzjoni leġiżlattiva u l-amministrattiva fil-qasam tar-regolamenti tekniċi, l-istandards u l-valutazzjoni ta’ konformità. |
|
(b) |
Il-politika dwar il-kompetizzjoni. |
|
(c) |
L-appalti pubbliċi. |
|
(d) |
Id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali. |
|
(e) |
Is-servizzi (politika u kwistjonijiet regolatorji). |
|
(f) |
Id-dritt ta’ stabbiliment, il-liġi tal-kumpaniji. |
Il-lista ta’ hawn fuq mhijiex eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
Is-sottokumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet marbuta ma’ qasam wieħed, ma’ wħud jew mal-oqsma kollha msemmija hawn fuq.
4. Is-Segretarjat
Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern tal-Libanu għandhom jaġixxu b’mod konġunt bħala segretarji permanenti tas-sottokumitat.
Il-komunikati kollha li jikkonċernaw is-sottokumitat għandhom jitwasslu lis-segretarji. Is-segretarji għandhom ikunu responsabbli għat-tħejjija tal-laqgħat tas-sottokumitati, u għall-iffissar tad-dati u t-tfassil tal-aġendi.
5. Laqgħat
Is-sottokumitat għandu jiltaqa’ kull meta jirrikjedu ċ-ċirkustanzi, u fil-prinċipju almenu darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba mill-president ta’ xi parti minnhom, imwassla permezz tas-segretarju tagħha, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien ħmistax-il jum ta’ xogħol minn meta tasallu talba għal-laqgħa tas-sottokumitat. Meta jkun possibbli, u bi ftehim maż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sottokumitati jista’ jinġema’ għal matul diversi ġranet.
F’każijiet ta’ urġenza partikolari, il-laqgħat tas-sottokumitati jistgħu jissejħu f’iqsar żmien, basta jkun hemm il-qbil taż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha sabiex jissejħu l-laqgħat għandhom isiru bil-miktub.
Kull laqgħa tas-sottokumitat għandha ssir fi żmien u f’post li dwarhom ikun hemm qbil miż-żewġ partijiet.
Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju inkarigat bi qbil mal-president. Qabel kull laqgħa, il-President jingħata tagħrif dwar il-formazzjoni prevista tad-delegazzjoni ta’ kull parti.
Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sottokumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tagħhom biex jipprovdu informazzjoni speċifika skont kif mixtieq.
6. L-aġenda tal-laqgħat
It-talbiet kollha għall-punti biex jiġu inklużi fl-aġenda tas-sottokumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji.
Għandha titfassal aġenda provviżorja mill-president għal kull laqgħa. Din għandha tiġi mgħoddija mis-segretarju/a inkarigat/a lill-kontraparti tiegħu jew tagħha mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.
L-aġenda provviżorja għandha tinkludi l-punti kollha li dwarhom is-segretarji jkunu rċevew talba biex jiġu inklużi fl-aġenda mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumentazzjoni supplimentari għandha tasal għand iż-żewġ partijiet għall-anqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Sabiex jitqiesu materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru sakemm ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.
L-aġenda għandha tiġi adottata mis-sottokumitat fil-bidu ta’ kull laqgħa.
7. Minuti
Għandhom jittieħdu minuti miż-żewġ segretarji u jkunu approvati wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet tas-sottokumitat, għandhom jingħataw mis-segretarji tas-sottokumitat lis-segretarji u lill-president tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
8. Pubbliċità
Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tas-sottokumitat m’għandhomx ikun pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu kunfidenzjali.
REGOLI TA’ PROĊEDURA
SOTTOKUMITAT UE-LIBANU Nru 5
AFFARIJIET SOĊJALI U RELATATI MAL-MIGRAZZJONI
1. Kompożizzjoni u presidenza
Is-sottokumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-Gvern tal-Libanu. Għandu jkun presedut alternatament miż-żewġ partijiet. Kull parti għandha taħtar il-president tagħha.
2. Rwol
Is-sottokumitat għandu jkun forum għal diskussjoni, konsultazzjoni u valutazzjoni, u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Is-sottokumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu d-deċiżjonijiet iżda jista’ jippreżenta proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
3. Tematika
Is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan relatat ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fl-oqsma elenkati hawn taħt, fost oħrajn, u għandu jivvaluta l-progress li jkun sar fir-rigward tal-għanijiet u l-azzjonijiet identifikati u li sar qbil dwarhom fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fejn relevanti, għandha tkun diskussa kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. Is-sottokumitat għandu jeżamina problemi li jistgħu jqumu fis-setturi elenkati hawn taħt u għandu jissuġġerixxi passi possibbli li jistgħu jittieħdu.
|
(a) |
Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, inklużi kwistjonijiet dwar id-diżabbiltà. |
|
(b) |
Is-saħħa pubblika. |
|
(c) |
L-opportunitajiet indaqs. |
|
(d) |
Il-moviment ta’ ħaddiema. |
|
(e) |
Il-politika dwar il-migrazzjoni. |
|
(f) |
Il-politika dwar ix-xogħol. |
|
(g) |
Il-protezzjoni soċjali. |
Il-lista ta’ hawn fuq mhijiex eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
Is-sottokumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet marbuta ma’ qasam wieħed, ma’ wħud jew mal-oqsma kollha msemmija hawn fuq.
4. Is-Segretarjat
Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern tal-Libanu għandhom jaġixxu b’mod konġunt bħala segretarji permanenti tas-sottokumitat.
Il-komunikati kollha li jikkonċernaw is-sottokumitat għandhom jitwasslu lis-segretarji. Is-segretarji għandhom ikunu responsabbli għat-tħejjija tal-laqgħat tas-sottokumitati, u għall-iffissar tad-dati u t-tfassil tal-aġendi.
5. Laqgħat
Is-sottokumitat għandu jiltaqa’ kull meta jirrikjedu ċ-ċirkustanzi, u fil-prinċipju almenu darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba mill-president ta’ xi parti minnhom, imwassla permezz tas-segretarju tagħha, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien ħmistax-il jum ta’ xogħol minn meta tasallu talba għal-laqgħa tas-sottokumitat. Meta jkun possibbli, u bi ftehim maż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sottokumitati jista’ jinġema’ għal matul diversi ġranet.
F’każijiet ta’ urġenza partikolari, il-laqgħat tas-sottokumitati jistgħu jissejħu f’iqsar żmien, basta jkun hemm il-qbil taż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha sabiex jissejħu l-laqgħat għandhom isiru bil-miktub.
Kull laqgħa tas-sottokumitat għandha ssir fi żmien u f’post li dwarhom ikun hemm qbil miż-żewġ partijiet.
Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju inkarigat bi qbil mal-president. Qabel kull laqgħa, il-President jingħata tagħrif dwar il-formazzjoni prevista tad-delegazzjoni ta’ kull parti.
Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sottokumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tagħhom biex jipprovdu informazzjoni speċifika skont kif mixtieq.
6. L-aġenda tal-laqgħat
It-talbiet kollha għall-punti biex jiġu inklużi fl-aġenda tas-sottokumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji.
Għandha titfassal aġenda provviżorja mill-president għal kull laqgħa. Din għandha tiġi mgħoddija mis-segretarju/a inkarigat/a lill-kontraparti tiegħu jew tagħha mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.
L-aġenda provviżorja għandha tinkludi l-punti kollha li dwarhom is-segretarji jkunu rċevew talba biex jiġu inklużi fl-aġenda mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumentazzjoni supplimentari għandha tasal għand iż-żewġ partijiet għall-anqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Sabiex jitqiesu materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru sakemm ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.
L-aġenda għandha tiġi adottata mis-sottokumitat fil-bidu ta’ kull laqgħa.
7. Minuti
Għandhom jittieħdu minuti miż-żewġ segretarji u jkunu approvati wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet tas-sottokumitat, għandhom jingħataw mis-segretarji tas-sottokumitat lis-segretarji u lill-president tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
8. Pubbliċità
Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tas-sottokumitat m’għandhomx ikunu pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu kunfidenzjali.
REGOLI TA’ PROĊEDURA
SOTTOKUMITAT UE-LIBANU Nru 6
ĠUSTIZZJA, LIBERTÀ U SIGURTÀ
1. Kompożizzjoni u presidenza
Is-sottokumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-Gvern tal-Libanu. Għandu jkun presedut alternatament miż-żewġ partijiet. Kull parti għandha taħtar il-president tagħha.
2. Rwol
Is-sottokumitat għandu jkun forum għal diskussjoni, konsultazzjoni u valutazzjoni, u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Is-sottokumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu d-deċiżjonijiet iżda jista’ jippreżenta proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
3. Tematika
Is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan relatat ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fl-oqsma elenkati hawn taħt, fost oħrajn, u għandu jivvaluta l-progress li jkun sar fir-rigward tal-għanijiet u l-azzjonijiet identifikati u li sar qbil dwarhom fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fejn relevanti, għandha tkun diskussa kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. Is-sottokumitat għandu jeżamina problemi li jistgħu jqumu fis-setturi elenkati hawn taħt u għandu jissuġġerixxi passi possibbli li jistgħu jittieħdu.
|
(a) |
Il-kwistjonijiet dwar il-migrazzjoni. |
|
(b) |
L-asil. |
|
(c) |
L-azzjonijiet speċifiċi biex jikkumbattu t-terroriżmu fil-qasam tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà. |
|
(d) |
Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar tal-persuni. |
|
(e) |
Id-drogi. |
|
(f) |
Money laundering, kriminalità finanzjarja u ekonomika. |
|
(g) |
Kooperazzjoni ġudizzjarja u bejn il-forzi tal-pulizija. |
Il-lista ta’ hawn fuq mhijiex eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
Is-sottokumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet marbuta ma’ qasam wieħed, ma’ wħud jew mal-oqsma kollha msemmija hawn fuq.
4. Is-Segretarjat
Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern tal-Libanu għandhom jaġixxu b’mod konġunt bħala segretarji permanenti tas-sottokumitat.
Il-komunikati kollha li jikkonċernaw is-sottokumitat għandhom jitwasslu lis-segretarji. Is-segretarji għandhom ikunu responsabbli għat-tħejjija tal-laqgħat tas-sottokumitati, u għall-iffissar tad-dati u t-tfassil tal-aġendi.
5. Laqgħat
Is-sottokumitat għandu jiltaqa’ kull meta jirrikjedu ċ-ċirkustanzi, u fil-prinċipju almenu darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba mill-president ta’ xi parti minnhom, imwassla permezz tas-segretarju tagħha, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien ħmistax-il jum ta’ xogħol minn meta tasallu talba għal-laqgħa tas-sottokumitat. Meta jkun possibbli, u bi ftehim maż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sottokumitati jista’ jinġema’ għal matul diversi ġranet.
F’każijiet ta’ urġenza partikolari, il-laqgħat tas-sottokumitati jistgħu jissejħu f’iqsar żmien, basta jkun hemm il-qbil taż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha sabiex jissejħu l-laqgħat għandhom isiru bil-miktub.
Kull laqgħa tas-sottokumitat għandha ssir fi żmien u f’post li dwarhom ikun hemm qbil miż-żewġ partijiet.
Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju inkarigat bi qbil mal-president. Qabel kull laqgħa, il-President jingħata tagħrif dwar il-formazzjoni prevista tad-delegazzjoni ta’ kull parti.
Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sottokumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tagħhom biex jipprovdu informazzjoni speċifika skont kif mixtieq.
6. L-aġenda tal-laqgħat
It-talbiet kollha għall-punti biex jiġu inklużi fl-aġenda tas-sottokumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji.
Għandha titfassal aġenda provviżorja mill-president għal kull laqgħa. Din għandha tiġi mgħoddija mis-segretarju/a inkarigat/a lill-kontraparti tiegħu jew tagħha mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.
L-aġenda provviżorja għandha tinkludi l-punti kollha li dwarhom is-segretarji jkunu rċevew talba biex jiġu inklużi fl-aġenda mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumentazzjoni supplimentari għandha tasal għand iż-żewġ partijiet għall-anqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Sabiex jitqiesu materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru sakemm ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.
L-aġenda għandha tiġi adottata mis-sottokumitat fil-bidu ta’ kull laqgħa.
7. Minuti
Għandhom jittieħdu minuti miż-żewġ segretarji u jkunu approvati wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet tas-sottokumitat, għandhom jingħataw mis-segretarji tas-sottokumitat lis-segretarji u lill-president tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
8. Pubbliċità
Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tas-sottokumitat m’għandhomx ikun pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu kunfidenzjali.
REGOLI TA’ PROĊEDURA
SOTTOKUMITAT UE-LIBANU Nru 7
AGRIKOLTURA U SAJD
1. Kompożizzjoni u presidenza
Is-sottokumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-Gvern tal-Libanu. Għandu jkun presedut alternatament miż-żewġ partijiet. Kull parti għandha taħtar il-president tagħha.
2. Rwol
Is-sottokumitat għandu jkun forum għal diskussjoni, konsultazzjoni u valutazzjoni, u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Is-sottokumitat m’għandu l-ebda setgħa li jieħu d-deċiżjonijiet iżda jista’ jippreżenta proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
3. Tematika
Is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan relatat ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fl-oqsma elenkati hawn taħt, fost oħrajn, u għandu jivvaluta l-progress li jkun sar fir-rigward tal-għanijiet u l-azzjonijiet identifikati u li sar qbil dwarhom fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fejn relevanti, għandha tkun diskussa kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. Is-sottokumitat għandu jeżamina problemi li jistgħu jqumu fis-setturi elenkati hawn taħt u għandu jissuġġerixxi passi possibbli li jistgħu jittieħdu.
|
(a) |
Il-prodotti agrikoli u l-prodotti agrikoli proċessati, inkluż il-kummerċ. |
|
(b) |
Il-kwistjonijiet sanitarji u fito-sanitarji. |
|
(c) |
Il-politika agrikola u l-iżvilupp rurali, il-kooperazzjoni reġjonali. |
|
(d) |
Il-prodotti tas-sajd, inkluż il-kummerċ. |
Il-lista ta’ hawn fuq mhijiex eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
Is-sottokumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet marbuta ma’ qasam wieħed, ma’ wħud jew mal-oqsma kollha msemmija hawn fuq.
4. Is-Segretarjat
Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern tal-Libanu għandhom jaġixxu b’mod konġunt bħala segretarji permanenti tas-sottokumitat.
Il-komunikati kollha li jikkonċernaw is-sottokumitat għandhom jitwasslu lis-segretarji. Is-segretarji għandhom ikunu responsabbli għat-tħejjija tal-laqgħat tas-sottokumitati, u għall-iffissar tad-dati u t-tfassil tal-aġendi.
5. Laqgħat
Is-sottokumitat għandu jiltaqa’ kull meta jirrikjedu ċ-ċirkustanzi, u fil-prinċipju almenu darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba mill-president ta’ xi parti minnhom, imwassla permezz tas-segretarju tagħha, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien ħmistax-il jum ta’ xogħol minn meta tasallu talba għal-laqgħa tas-sottokumitat. Meta jkun possibbli, u bi ftehim maż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sottokumitati jista’ jinġema’ għal matul diversi ġranet.
F’każijiet ta’ urġenza partikolari, il-laqgħat tas-sottokumitati jistgħu jissejħu f’iqsar żmien, basta jkun hemm il-qbil taż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha sabiex jissejħu l-laqgħat għandhom isiru bil-miktub.
Kull laqgħa tas-sottokumitat għandha ssir fi żmien u f’post li dwarhom ikun hemm qbil miż-żewġ partijiet.
Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju inkarigat bi qbil mal-president. Qabel kull laqgħa, il-President jingħata tagħrif dwar il-formazzjoni prevista tad-delegazzjoni ta’ kull parti.
Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sottokumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tagħhom biex jipprovdu informazzjoni speċifika skont kif mixtieq.
6. L-aġenda tal-laqgħat
It-talbiet kollha għall-punti biex jiġu inklużi fl-aġenda tas-sottokumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji.
Għandha titfassal aġenda provviżorja mill-president għal kull laqgħa. Din għandha tiġi mgħoddija mis-segretarju/a inkarigat/a lill-kontraparti tiegħu jew tagħha mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.
L-aġenda provviżorja għandha tinkludi l-punti kollha li dwarhom is-segretarji jkunu rċevew talba biex jiġu inklużi fl-aġenda mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumentazzjoni supplimentari għandha tasal għand iż-żewġ partijiet għall-anqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Sabiex jitqiesu materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru sakemm ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.
L-aġenda għandha tiġi adottata mis-sottokumitat fil-bidu ta’ kull laqgħa.
7. Minuti
Għandhom jittieħdu minuti miż-żewġ segretarji u jkunu approvati wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet tas-sottokumitat, għandhom jingħataw mis-segretarji tas-sottokumitat lis-segretarji u lill-president tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
8. Pubbliċità
Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tas-sottokumitat m’għandhomx ikun pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu kunfidenzjali.
REGOLI TA’ PROĊEDURA
SOTTOKUMITAT UE-LIBANU Nru 8
TRASPORT, ENERĠIJA U AMBJENT
1. Kompożizzjoni u presidenza
Is-sottokumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-Gvern tal-Libanu. Għandu jkun presedut alternatament miż-żewġ partijiet. Kull parti għandha taħtar il-president tagħha.
2. Rwol
Is-sottokumitat għandu jkun forum għal diskussjoni, konsultazzjoni u valutazzjoni, u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Is-sottokumitat m’għandu ebda setgħa li jieħu d-deċiżjonijiet iżda jista’ jippreżenta proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
3. Tematika
Is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan relatat ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fl-oqsma elenkati hawn taħt, fost oħrajn, u għandu jivvaluta l-progress li jkun sar fir-rigward tal-għanijiet u l-azzjonijiet identifikati u li sar qbil dwarhom fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fejn relevanti, għandha tkun diskussa kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. Is-sottokumitat għandu jeżamina problemi li jistgħu jqumu fis-setturi elenkati hawn taħt u għandu jissuġġerixxi passi possibbli li jistgħu jittieħdu.
|
(a) |
It-trasport. |
|
(b) |
L-enerġija. |
|
(c) |
L-ambjent. |
Il-lista ta’ hawn fuq mhijiex eżawrjenti u suġġetti oħra jistgħu jiżdiedu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
Is-sottokumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet marbuta ma’ qasam wieħed, ma’ wħud jew mal-oqsma kollha msemmija hawn fuq.
4. Is-Segretarjat
Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern tal-Libanu għandhom jaġixxu b’mod konġunt bħala segretarji permanenti tas-sottokumitat.
Il-komunikati kollha li jikkonċernaw is-sottokumitat għandhom jitwasslu lis-segretarji. Is-segretarji għandhom ikunu responsabbli għat-tħejjija tal-laqgħat tas-sottokumitati, u għall-iffissar tad-dati u t-tfassil tal-aġendi.
5. Laqgħat
Is-sottokumitat għandu jiltaqa’ kull meta jirrikjedu ċ-ċirkustanzi, u fil-prinċipju almenu darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba mill-president ta’ xi parti minnhom, imwassla permezz tas-segretarju tagħha, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien ħmistax-il jum ta’ xogħol minn meta tasallu talba għal-laqgħa tas-sottokumitat. Meta jkun possibbli, u bi ftehim maż-żewġ partijiet, numru ta’ laqgħat tas-sottokumitati jista’ jinġema’ għal matul diversi ġranet.
F’każijiet ta’ urġenza partikolari, il-laqgħat tas-sottokumitati jistgħu jissejħu f’iqsar żmien, basta jkun hemm il-qbil taż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha sabiex jissejħu l-laqgħat għandhom isiru bil-miktub.
Kull laqgħa tas-sottokumitat għandha ssir fi żmien u f’post li dwarhom ikun hemm qbil miż-żewġ partijiet.
Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju inkarigat bi qbil mal-president. Qabel kull laqgħa, il-President jingħata tagħrif dwar il-formazzjoni prevista tad-delegazzjoni ta’ kull parti.
Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sottokumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tagħhom biex jipprovdu informazzjoni speċifika skont kif mixtieq.
6. L-aġenda tal-laqgħat
It-talbiet kollha għall-punti biex jiġu inklużi fl-aġenda tas-sottokumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji.
Għandha titfassal aġenda provviżorja mill-president għal kull laqgħa. Din għandha tiġi mgħoddija mis-segretarju/a inkarigat/a lill-kontraparti tiegħu jew tagħha mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.
L-aġenda provviżorja għandha tinkludi l-punti kollha li dwarhom is-segretarji jkunu rċevew talba biex jiġu inklużi fl-aġenda mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumentazzjoni supplimentari għandha tasal għand iż-żewġ partijiet għall-anqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Sabiex jitqiesu materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru sakemm ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.
L-aġenda għandha tiġi adottata mis-sottokumitat fil-bidu ta’ kull laqgħa.
7. Minuti
Għandhom jittieħdu minuti miż-żewġ segretarji u jkunu approvati wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet tas-sottokumitat, għandhom jingħataw mis-segretarji tas-sottokumitat lis-segretarji u lill-president tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
8. Pubbliċità
Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tas-sottokumitat m’għandhomx ikun pubbliċi u l-minuti rilevanti għandhom ikunu kunfidenzjali.
REGOLI TA’ PROĊEDURA
SOTTOKUMITAT UE-LIBANU Nru 9
KOOPERAZZJONI DOGANALI U TASSAZZJONI
1. Kompożizzjoni u presidenza
Is-sottokumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-Gvern tal-Libanu. Għandu jkun presedut alternatament miż-żewġ partijiet. Kull parti għandha taħtar il-president tagħha.
2. Rwol
Is-sottokumitat għandu jkun forum għal diskussjoni, konsultazzjoni u valutazzjoni, u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Is-sottokumitat m’għandu ebda setgħa li jieħu d-deċiżjonijiet iżda jista’ jippreżenta proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
3. Tematika
Is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan relatat ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fl-oqsma elenkati hawn taħt, fost oħrajn, u għandu jivvaluta l-progress li jkun sar fir-rigward tal-għanijiet u l-azzjonijiet identifikati u li sar qbil dwarhom fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fejn relevanti, għandha tkun diskussa kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. Is-sottokumitat għandu jeżamina problemi li jistgħu jqumu fis-setturi elenkati hawn taħt u għandu jissuġġerixxi passi possibbli li jistgħu jittieħdu:
|
(a) |
Proċeduri doganali, nomenklatura tad-dwana, valutazzjoni doganali. |
|
(b) |
Ir-regoli tal-oriġini. |
|
(c) |
Reġimi tat-tariffi. |
|
(d) |
Kooperazzjoni doganali. |
|
(e) |
Tassazzjoni. |

SOTTOKUMITAT UE-LIBANU Nru 10
RIĊERKA, INNOVAZZJONI, SOĊJETÀ TA’ INFORMAZZJONI, EDUKAZZJONI U KULTURA
1. Kompożizzjoni u presidenza
Is-sottokumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentanti tal-Gvern tal-Libanu. Għandu jkun presedut alternatament miż-żewġ partijiet. Kull parti għandha taħtar il-president tagħha.
2. Rwol
Is-sottokumitat għandu jkun forum għal diskussjoni, konsultazzjoni u valutazzjoni, u għandu jaħdem taħt l-awtorità u l-gwida tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Is-sottokumitat m’għandu ebda setgħa li jieħu d-deċiżjonijiet iżda jista’ jippreżenta proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
3. Tematika
Is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan relatat ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fl-oqsma elenkati hawn taħt, fost oħrajn, u għandu jivvaluta l-progress li jkun sar fir-rigward tal-għanijiet u l-azzjonijiet identifikati u li sar qbil dwarhom fil-Pjan ta’ Azzjoni. Fejn relevanti, għandha tkun diskussa kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. Is-sottokumitat għandu jeżamina problemi li jistgħu jqumu fis-setturi elenkati hawn taħt u għandu jissuġġerixxi passi possibbli li jistgħu jittieħdu:
|
(a) |
Ir-riċerka, ix-xjenza u l-innovazzjoni teknoloġika. |
|
(b) |
L-edukazzjoni, it-taħrig u ż-żgħażagħ. |
|
(c) |
Il-kooperazzjoni kulturali. |
|
(d) |
Is-soċjetà tal-informazzjoni. |
|
(e) |
Il-politika awdjoviżiva. |
|
(f) |
Il-kooperazzjoni fis-soċjetà ċivili. |