21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 233/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-programm Ewropew ta’ monitoraġġ tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011 sa 2013) (1) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 139/2012 tat-13 ta’ Lulju 2012 (2).

(2)

Is-sospensjoni tal-applikabbiltà tar-Regolament għall-Islanda għandha tintemm.

(3)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din it-terminazzjoni tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-paragrafu 8c tal-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, l-adattament (e) għandu jitħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)   ĠU L 276, 20.10.2010, p. 1.

(2)   ĠU L 309, 8.11.2012, p. 21.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.