21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 229/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/90/UE tal-14 ta’ Novembru 2011 li temenda Parti II tal-Anness I tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jipprovdi assunzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta (1) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XIX għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jkun miżjud fil-punt 7h (id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIX ta’ mal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendant minn:

32011 L 0090: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/90/UE tal-14 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 296, 15.11.2011, p. 35).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2011/90/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha fl-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 296, 15.11.2011, p. 35.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.