|
21.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 226/2012
tas-7 ta’ Diċembru 2012
li temenda l-Anness XVI (Akkwist) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 842/2011 tad-19 ta’ Awwissu 2011 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1564/2005 (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 842/2011 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1564/2005 (2), li jinsab inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
L-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 6c (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1564/2005) jitħassar. |
|
2. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 6c (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1564/2005):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 842/2011 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha fl-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Atle LEIKVOLL
(1) ĠU L 222, 27.8.2011, p. 1.
(2) ĠU L 257, 1.10.2005, p. 1.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.