21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 222/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 623/2012 tal-11 ta’ Lulju 2012 li jemenda l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (1) għandu jkun inkorporat mal-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness VII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1 (id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness VII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32012 R 0623: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 623/2012 tal-11 ta’ Lulju 2012 (ĠU L 180, 12.7.2012, p. 9).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 623/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 180, 12.7.2012, p. 9.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.