21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 221/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 228/2011 tas-7 ta’ Marzu 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metodu tal-ittestjar tal-qabda fuq l-imxarrab għat-tajers C1 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/335/UE tal-10 ta’ Ġunju 2010 dwar il-linji gwida għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju fl-art għall-għanijiet tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Direttiva 2009/28/KE ma tapplikax għal-Liechtenstein u konsegwentement id-Deċiżjoni 2010/335/UE m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

L-Anness IV tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IV ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiġi miżjud fil-punt 43 (ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat permezz ta’:

32011 R 0228: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 228/2011 tas-7 ta’ Marzu 2011 (ĠU L 62, 9.3.2011, p. 1).”

2.

Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 43 (ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“44.

32010 D 0335: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/335/UE tal-10 ta’ Ġunju 2010 dwar il-linji gwida għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju fl-art għall-għanijiet tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE (ĠU L 151, 17.6.2010, p. 19).

Id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 228/2010 u d-Deċiżjoni 2010/335/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 62, 9.3.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 151, 17.6.2010, p. 19.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.