26.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/31 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2012 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-EFTA DWAR IS-SIMPLIFIKAZZJONI TAL-FORMALITAJIET FIL-KUMMERĊ TAL-MERKANZIJA
tad-19 ta’ Jannar 2012
dwar stedina lill-Kroazja biex taderixxi mal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar is-simpilfikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija
(2012/221/UE)
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija (1) (il-“Konvenzjoni”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,
Billi:
(1) |
L-iskambju ta’ merkanzija mal-Kroazja ikun iffaċilitat b’ simplifikazzjoni tal-formalitajiet li jolqtu l-kummerċ tal-merkanzija bejn il-Kroazja u l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera. |
(2) |
Bil-ħsieb li jinkiseb tali faċilitazzjoni, huwa xieraq li l-Kroazja tiġi mistiedna biex taderixxi mal-Konvenzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
F’konformità mal-Artikolu 11a tal-Konvenzjoni, il-Kroazja hija mistiedna, fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kroazja mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni, biex taderixxi mal-Konvenzjoni mill-1 ta’ Lulju 2012.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kumitat konġunt
Il-President
Mirosław ZIELIŃSKI
(1) ĠU L 134, 22.5.1987, p. 2.
ANNESS
Sinjur,
Għandi l-unur ninfurmak bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-UE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija tad-19 ta’ Jannar 2012 (Deċiżjoni Nru 1/2012) li tistieden lill-Kroazja biex issir Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija.
L-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni tista’ ssir billi jiġi ppreżentat l-Istrument tal-Adeżjoni tagħha mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ traduzzjoni tal-Konvenzjoni fil-lingwa uffiċjali tal-Kroazja skont l-Artikolu 11a tal-Konvenzjoni.
Sinjur, jekk jogħġbok aċċetta l-assigurazzjoni tal-ogħla stima tiegħi.
Is-Segretarju Ġenerali
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Il-Kroazja,
B’kont meħud tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-UE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija tad-19 ta’ Jannar 2012 (id-Deċiżjoni Nru 1/2012) li tistieden lill-Kroazja biex taderixxi mal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija (il-“Konvenzjoni”).
Waqt li tixtieq issir Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni,
B’DAN
Taderixxi mal-Konvenzjoni;
Tehmeż ma’ dan l-Istrument traduzzjoni tal-Konvenzjoni fil-lingwa uffiċjali tal-Kroazja;
Tiddikjara li taċċetta r-Rakkomandazzjonijiet u d-Deċiżjonijiet kollha tal-Kumitat Konġunt tal-UE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija adottati bejn id-19 ta’ Jannar 2012 u d-data li l-Adeżjoni tal-Kroazja ssir effettiva skont l-Artikolu 11a tal-Konvenzjoni.
Magħmula fi …