|
24.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 21/54 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 202/2012
tas-26 ta’ Ottubru 2012
li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("il-Ftehim ŻEE"), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 744/2010 tat-18 ta' Awwissu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, fir-rigward tal-użi kritċi tal-aloni (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 291/2011 tal-24 ta' Marzu 2011 dwar l-użi essenżjali ta' sustanzi kkontrollati għajr l-idroklorofluworokarburi fil-laboratorju għall-skopijiet ta' analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 jħassar r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li hu inkorporat fil-Ftehim ŻEE, u li konsegwentement għandu jitħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Mingħajr preġudizzju għal żvilupp futur mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, għandu jiġi nnotat li r-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (5) mhuwiex inkorporat fil-Ftehim ŻEE. Ir-referenzi għal dan ir-Regolament għalhekk m'għandhomx japplikaw. |
|
(6) |
L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 21aa (ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jinbidel b’dan li ġej: " 32009 R 1005: Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1), kif emendat bi:
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
L-Istati EFTA għandhom, fil-livell nazzjonali jatwaw il-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Protokoll ta' Montreal u mal-miżuri korrispondenti tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill." |
|
2. |
Il-punt li jmiss għandu jiddaħħal wara l-punt 21aa (Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-tesi tar-Regolamenti (KE) Nru 1005/2009, (UE) Nru 744/2010 u (UE) Nru 291/2011 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2012, dment li n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Atle LEIKVOLL
(1) ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.
(2) ĠU L 218, 19.8.2010, p. 2.
(4) ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1.
(*1) Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.