24.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/51


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 201/2012

tas-26 ta’ Ottubru 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("il-Ftehim ŻEE"), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/709/UE tat-22 ta' Novembru 2010 li tistabbilixxi Bord tal-Ekotikkettar (1) tal-Unjoni għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE tat-28 ta' April 2011 dwar l-istabbilment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tal-magni tal-ħasil (2) tal-platti għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE tat-28 ta' April 2011 dwar l-istabbilment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (3) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/330/UE tas-6 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbilment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti għall-Kompjuters Notebook (4) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/331/UE tas-6 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbilment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal sorsi tad-dawl (5) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/333/UE tas-7 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbilment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta għall-ikkupjar u l-karta grafika (6), kif ikkoreġut bil-ĠU L 161, 21.6.2011, p. 34, għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/337/UE tad-9 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbilment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-Kompjuters Personali (7) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/381/UE tal-24 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbilment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal-lubrikanti (8) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/382/UE tal-24 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbilment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tal-ħasil tal-platti bl-idejn (9) għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/383/UE tat-28 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbilment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tat-tindif b'użi multipli u tat-tindif sanitarji (10), kif ikkoreġut bil-ĠU L 110, 24.4.2012, p. 44, għandha tiġi inkorporata fil-ftehim ŻEE.

(11)

Id-Deċiżjoni Nru 2010/709/UE tħassar d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/730/KE (11) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(12)

Id-Deċiżjoni Nru 2011/263/UE tħassar d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/31/KE (12) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(13)

Id-Deċiżjoni Nru 2011/264/UE tħassar d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/200/KE (13) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(14)

Id-Deċiżjoni Nru 2011/330/UE tħassar d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/343/KE (14) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(15)

Id-Deċiżjoni Nru 2011/331/UE tħassar d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/747/KE (15) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(16)

Id-Deċiżjoni Nru 2011/333/UE tħassar d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/741/KE (16) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(17)

Id-Deċiżjoni Nru 2011/337/UE tħassar d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/341/KE (17) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(18)

Id-Deċiżjoni Nru 2011/381/UE tħassar d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/360/KE (18) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(19)

Id-Deċiżjoni Nru 2011/382/UE tħassar d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/342/KE (19) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(20)

Id-Deċiżjoni Nru 2011/383/UE tħassar d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/344/KE (20) li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u għalhekk għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(21)

L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 2ad (Deċiżjoni tal Kummissjoni 2000/730/KE) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"32010 D 0709: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/709/UE tat-22 ta' Novembru 2010 li tistabbilixxi l-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 308, 24.11.2010, p. 53)."

2.

It-test tal-punt 2e (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/200/KE) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"32011 D 0264: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE tat-28 ta' April 2011 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 34)."

3.

It-test tal-punt 2h (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/31/KE) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"32011 D 0263: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE tat-28 ta' April 2011 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 22)."

4.

It-test tal-punt 2o (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/747/KE) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"32011 D 0331: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/331/UE tas-6 ta' Ġunju 2011 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal sorsi tad-dawl (ĠU L 148, 7.6.2011, p. 13)."

5.

It-test tal-punt 2q (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/341/KE) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"32011 D 0337: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/337/UE tad-9 ta' Ġunju 2011 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-Kompjuters Personali (ĠU L 151, 10.6.2011, p. 5)."

6.

It-test tal-punt 2r (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/342/KE) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"32011 D 0382: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/382/UE tal-24 ta' Ġunju 2011 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tal-ħasil tal-platti bl-idejn (ĠU L 169, 29.6.2011, p. 40)."

7.

It-test tal-punt 2s (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/343/KE) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"32011 D 0330: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/330/UE tas-6 ta' Ġunju 2011 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-Kompjuters Notebok (ĠU L 148, 7.6.2011, p. 5)."

8.

It-test tal-punt 2t (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/344/KE) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"32011 D 0383: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/383/UE tat-28 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbilment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tat-tindif b'użi multipli u tat-tindif sanitarji (ĠU L 169, 29.6.2011, p. 52), kif ikkoreġut bil-ĠU L 110, 24.4.2012, p. 44."

9.

It-test tal-punt 2u (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/360/KE) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"32011 D 0381: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/381/UE tal-24 ta' Ġunju 2011 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal-lubrikanti (ĠU L 169, 29.6.2011, p. 28)."

10.

It-test tal-punt 2x (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/741/KE) għandu jnibidel b'dan li ġej:

"32011 D 0333: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/333/UE tas-7 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbilment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għsll-karta għall-ikkupjar u l-karta grafika (ĠU L 149, 8.6.2011, p. 12), kif ikkoreġut bil-ĠU L 161, 21.6.2011, p. 34."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2010/709/UE, 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/330/UE, 2011/331/UE, 2011/333/UE, kif ikkoreġuti bil-ĠU L 161, 21.6.2011, p. 34, 2011/337/UE, 2011/381/UE, 2011/382/UE u 2011/383/UE, kif ikkoreġuti bil-ĠU L 110, 24.4.2012, p. 44, bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2012, dment li n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 200/2012 tas-26 ta' Ottubru 2012 (21), skont liema tkun l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 308, 24.11.2010, p. 53.

(2)  ĠU L 111, 30.4.2011, p. 22.

(3)  ĠU L 111, 30.4.2011, p. 34.

(4)  ĠU L 148, 7.6.2011, p. 5.

(5)  ĠU L 148, 7.6.2011, p. 13.

(6)  ĠU L 149, 8.6.2011, p. 12.

(7)  ĠU L 151, 10.6.2011, p. 5.

(8)  ĠU L 169, 29.6.2011, p. 28.

(9)  ĠU L 169, 29.6.2011, p. 40.

(10)  ĠU L 169, 29.6.2011, p. 52.

(11)  ĠU L 293, 22.11.2000, p. 24.

(12)  ĠU L 9, 15.1.2003, p. 11.

(13)  ĠU L 76, 22.3.2003, p. 25.

(14)  ĠU L 115, 4.5.2005, p. 35.

(15)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 44

(16)  ĠU L 237, 5.9.2002, p. 6.

(17)  ĠU L 115, 4.5.2005, p. 1.

(18)  ĠU L 118, 5.5.2005, p. 26.

(19)  ĠU L 115, 4.5.2005, p. 9.

(20)  ĠU L 115, 4.5.2005, p. 42.

(*)  Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(21)  Ara l-paġna 50 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.