13.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 103/51 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2012 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MIN-NAĦA L-WAĦDA, U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA, MIN-NAĦA L-OĦRA, DWAR IL-MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI
tal-31 ta’ Marzu 2012
li tissostitwixxi l-Anness II ta’ ma’ dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali
(2012/195/UE)
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1) (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ġie ffirmat fil-21 ta’ Ġunju 1999 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. |
(2) |
L-Anness II ta’ mal-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali ġie emendat l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kumitat Konġunt UE-Svizzera (2) u għandu issa jiġi aġġornat sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-atti legali l-ġodda tal-Unjoni Ewropea li daħħlu fis-seħħ sadanittant, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (3) u l-miżuri adottati għall-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 issostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (4). |
(4) |
Għall-finijiet ta’ ċarezza u ta’ razzjonalità, l-Anness II ta’ mal-Ftehim u l-Protokoll ta’ ma’ dak l-Anness għandhom jiġu kkonsolidati f’verżjoni legalment vinkolanti. |
(5) |
L-Anness II ta’ mal-Ftehim għandu jinżamm konformi mal-evoluzzjoni tal-atti legali rilevanti tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II ta’ mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni (“il-Ftehim”) qed jiġi sostitwit mill-Anness ta’ ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni ġiet stabbilità fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Svediża, u t-testi f’kull waħda minn dawn il-lingwi huma ugwalment awtentiċi.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kumitat Konġunt
Il-President
Mario GATTIKER
(1) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.
(2) ĠU L 270, 29.9.2006, p. 67.
(3) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.
ANNESS
L-ANNESS II
KOORDINAZZJONI TAL-ISKEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI
Artikolu 1
1. Il-partijiet kontraenti jaqblu, fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali, li japplikaw bejniethom l-atti legali tal-Unjoni Ewropea li għalihom qiegħda ssir referenza u kif emendati, bis-Sezzjoni A ta’ dan l-Anness, jew ir-regoli ekwivalenti għal dawn l-atti.
2. It-terminu “Stat(i) Membru/i” inkluż fl-atti legali msemmija fis-sezzjoni A ta’ dan l-Anness għandu jinftiehem li jinkludi lill-Isvizzera flimkien mal-Istati koperti mill-atti legali rilevanti tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
1. Għall-finijiet ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, il-partijiet kontraenti għandhom jikkunsidraw debitament l-atti legali tal-Unjoni Ewropea msemmija fis-sezzjoni B ta’ dan l-Anness.
2. Għall-finijiet ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, il-partijiet kontraenti għandhom jieħdu nota tal-atti legali tal-Unjoni Ewropea msemmija fis-sezzjoni C ta’ dan l-Anness.
Artikolu 3
1. Id-dispożizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw l-arranġamenti tranżitorji relatati mal-assigurazzjoni tal-qgħad għaċ-ċittadini ta’ ċerti Stati Membri tal-Unjoni Ewropea li huma detenturi ta’ permess ta’ residenza Svizzeru validu għal inqas minn sena, li jikkonċernaw l-allowances Svizzeri għal persuni li ma jistgħux jgħinu lilhom infushom u l-benefiċċji mogħtija skont il-pjanijiet ta’ benefiċċju marbuta max-xogħol rigward il-pensjonijiet għall-età, għas-superstiti u għall-invalidità huma stabbiliti fil-Protokoll ta’ ma’ dan l-Anness.
2. Il-Protokoll jifforma parti integrali ta’ dan l-Anness.
SEZZJONI A: ATTI LEGALI MSEMMIJA
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu (2) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu jiġi adattat kif ġej:
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali (3) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandu jiġi adattat kif ġej: Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-Anness 1: “Arranġament bejn l-Isvizzera u Franza tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi l-proċeduri speċjali għar-rimbors ta’ benefiċċji tal-kura tas-saħħa Arranġament bejn l-Isvizzera u l-Italja tal-20 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi l-proċeduri speċjali għar-rimbors tal-benefiċċji tal-kura tas-saħħa”. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (4), kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), kif applikabbli bejn l-Isvizzera u l-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni u meta ssir referenza għalih fir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 jew (KE) Nru 987/2009 jew meta jkun hemm każijiet ikkonċernati li seħħew fil-passat. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta’ Marzu 1972 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għall-rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità (6), kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 120/2009 (7), kif applikabbli bejn l-Isvizzera u l-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni u meta ssir referenza għalih fir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 jew (KE) Nru 987/2009 jew meta jkun hemm każijiet ikkonċernati li seħħew fil-passat. |
(5) |
Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta’ Ġunju 1998 dwar is-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari ta’ persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (8). |
SEZZJONI B: ATTI LEGALI LI L-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM IQISU BIR-REQQA
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru A1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ proċedura ta’ djalogu u konċiljazzjoni dwar il-validità ta’ dokumenti, id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli u l-provvista ta’ benefiċċji skont ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru A2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għal ħaddiema stazzjonati u ħaddiema li jaħdmu għal rashom li jaħdmu temporanjament barra mill-Istat kompetenti (10). |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru A3 tas-17 ta’ Diċembru 2009 dwar l-akkumulazzjoni ta’ perjodi ta’ stazzjonar mhux interrot mwettqa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). |
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru E1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-arranġamenti prattiċi għall-perjodu tranżitorju tal-iskambju ta’ data permezz ta’ mezzi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). |
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru F1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli ta’ prijorità f’każ ta’ overlapping tal-benefiċċji tal-familja (13). |
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas għat-tranżizzjoni mir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 għar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-applikazzjoni ta’ Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinament ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali (14). |
(7) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-metodi ta’ ħidma u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika għall-ipproċessar tad-data tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-Sigurtà soċjali (15). |
(8) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H 3 tal-15 ta’ Ottubru 2009 li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). |
(9) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H 4 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Bord tal-Verifiki tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta’ Sistemi tas-Sigurtà Soċjali (17). |
(10) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H 5 tat-18 ta’ Marzu 2010 dwar il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-frodi u l-iżbalji fil-qafas tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (18). |
(11) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru P1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 50(4), 58 u 87(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-għoti tal-benefiċċji tal-Invalidità, tal-Età u tas-Superstiti (19). |
(12) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea (20). |
(13) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 li tikkonċerna l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea (21). |
(14) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S3 tat-12 ta’ Ġunju 2009 li tiddefinixxi l-benefiċċji koperti mill-Artikoli 19(1) u 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 25(A)(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22). |
(15) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S4 tat-2 ta’ Ottubru 2009 dwar proċeduri ta’ rifużjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23). |
(16) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S5 tat-2 ta’ Ottubru 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ ‘benefiċċji mhux finanzjarji’ kif definit fl-Artikolu 1 (va) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta’ mard jew ta’ maternità skont l-Artikoli 17, 19, 20, 22, 24 (1), 25, 26, 27 (1, 3, 4 u 5), 28, 34 u 36 (1 u 2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u dwar il-kalkolu tal-ammonti li għandhom jitħallsu lura skont l-Artikoli 62, 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24). |
(17) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S6 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar ir-reġistrazzjoni fl-Istat Membru ta’ residenza skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 u l-kompilazzjoni tal-inventarji li huma stipulati fl-Artikolu 64(4) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 (25). |
(18) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S7 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar it-tranżizzjoni mir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 għar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 u l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ rimbors (26). |
(19) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi Soċjali ta’ Sigurtà Nru U1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 rigward l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żidiet fil-benefiċċji tal-qgħad għal membri dipendenti tal-familja (27). |
(20) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru U2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-ambitu tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt għall-benefiċċji tal-qgħad ta’ persuni qiegħda għal kollox, minbarra l-ħaddiema transkonfinali li kienu residenti fit-territorju ta’ Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru kompetenti matul l-aħħar perjodu tal-impjieg tagħhom jew tax-xogħol għal rashom (28). |
(21) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru U3 tat-12 ta’ Ġunju 2009 rigward l-ambitu tal-kunċett ta’ ‘qgħad parzjali’ li japplika għall-persuni qiegħda msemmija fl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29). |
SEZZJONI C: ATTI LEGALI LI L-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA TAGĦHOM
1. |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru U1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuni qiegħda li involuti f’attività professjonali jew kummerċjali part-time fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat ta’ residenza (30). |
2. |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru U2 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 64(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal persuni qiegħda li jakkumpanjaw lill-konjugi jew lill-imsieħba tagħhom li qed jieħdu sehem f’attività professjonali jew kummerċjali fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat kompetenti (31). |
PROTOKOLL
ta’ mal-Anness II ta’ mal-Ftehim
I. Assigurazzjoni għal meta persuna ma tkunx impjegata
L-arranġamenti li ġejjin għandhom japplikaw għall-ħaddiema li huma ċittadini tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika tas-Slovakkja sat-30 ta’ April 2011 u għall-ħaddiema li huma ċittadini tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija sal-31 ta’ Mejju 2016.
1. |
Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw fir-rigward ta’ assigurazzjoni għal meta persuna ma tkunx impjegata għall-ħaddiema li għandhom permess ta’ residenza b’perjodu ta’ validità ta’ inqas minn sena:
|
2. |
Jekk Stat Membru kkonċernat minn dan l-arranġament, jiltaqa’ ma’ diffikultajiet bit-tmiem tal-arranġament għall-għoti lura tal-kontribuzzjonijiet, jew l-Isvizzera tiltaqa’ ma’ diffikultajiet bl-arranġament ta’ aggregazzjoni, il-kwistjoni tista’ tiġi riferuta lill-Kumitat Konġunt minn kull parti kontraenti. |
II. Allowances għal persuni li ma jistgħux jgħinu lilhom infushom
Allowances għal persuni li ma jistgħux jgħinu lilhom infushom mogħtija skont l-Att Federali tad-19 ta’ Ġunju 1959 dwar l-assigurazzjoni għall-invalidità (LAI) u skont l-Att Federali tal-20 ta’ Diċembru 1946 dwar pensjonijiet għall-età u għas-superstiti (LAVS) kif emendat fit-8 ta’ Ottubru 1999 għandhom jingħataw esklussivament jekk il-persuna kkonċernata tirrisjedi fl-Isvizzera.
III. Il-pjanijiet ta’ benefiċċju marbuta max-xogħol li jikkonċernaw il-pensjonijiet għall-età, għas-superstiti u għal-invalidità
Minkejja l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, il-benefiċċju inerenti li huwa stipulat fl-Att Federali dwar il-moviment liberu fost pjanijiet ta’ benefiċċju tax-xogħol dwar il-pensjonijiet għall-età, għas-superstiti u għall-invalidità (Loi fédérale sur le libre passage dans la prévoyance professionnelle vieillesse, survivants et invalidité) tas-17 ta’ Diċembru 1993 għandu jitħallas fuq talba lil persuna impjegata jew li taħdem għal rasha li jkollha l-intenzjoni li tħalli l-Isvizzera għal kollox u li, skont it-Titolu II tar-Regolament, ma tibqax iktar soġġetta għal-liġi Svizzera, sakemm dik il-persuna titlaq mill-Isvizzera fi żmien ħames snin minn meta dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ.
(2) ĠU L 284, 30.10.2009, p. 43
(3) ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.
(7) ĠU L 39, 10.2.2009, p. 29.
(8) ĠU L 209, 25.7.1998, p. 46.
(9) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 1.
(10) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 5.
(11) ĠU C 149, 8.6.2010, p. 3.
(12) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 9.
(13) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 11.
(14) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 13.
(15) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 17.
(16) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 56.
(17) ĠU C 107, 27.4.2010, p. 3.
(18) ĠU C 149, 8.6.2010, p. 5.
(19) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 21.
(20) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 23.
(21) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 26.
(22) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 40.
(23) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 52.
(24) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 54.
(25) ĠU C 107, 27.4.2010, p. 6.
(26) ĠU C 107, 27.4.2010, p. 8.
(27) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 42.
(28) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 43.
(29) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 45.
(30) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 49.
(31) ĠU C 106, 24.4.2010, p. 51.
(32) Attwalment, perjodu ta’ 12-il xahar.
(33) Il-kontribuzzjonijiet rimborsati għall-ħaddiema li se jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-benefiċċju għal meta ma jkunux impjegati fl-Isvizzera wara li jkunu ħallsu kontribuzzjonijiet għal mill-inqas 12-il xahar — fuq bosta perjodi ta’ residenza — fi żmien sentejn.