|
24.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 21/42 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 194/2012
tas-26 ta’ Ottubru 2012
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("il-Ftehim ŻEE"), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 347/2012 tas-16 ta’ April 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ sistemi avvanzati għal ibbrejkjar f’emerġenza (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2012 tat-23 ta’ April 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata f’vetturi bil-mutur (2), kif ikkoreġut minn ĠU L 121, 8.5.2012, p. 44, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Għalhekk, l-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 45zzo (Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2012) tal-Kapitolu I tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE:
|
“45zzp. |
32012 R 0347: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 347/2012 tas-16 ta’ April 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ sistemi avvanzati għal ibbrejkjar f’emerġenza (ĠU L 109, 21.4.2012, p. 1). |
|
45zzq. |
32012 R 0351: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2012 tat-23 ta’ April 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata f’vetturi bil-mutur (ĠU L 110, 24.4.2012, p. 18), kif ikkoreġut minn ĠU L 121, 8.5.2012, p. 44.” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 347/2012 u (UE) Nru 351/2012, kif ikkoreġuti minn ĠU L 121, 8.5.2012, p. 44, bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’, u fis-Suppliment taż-ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Atle LEIKVOLL
(1) ĠU L 109, 21.4.2012, p. 1.
(2) ĠU L 110, 24.4.2012, p. 18.
(*1) Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.