13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 190/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 670/2011 tat-12 ta’ Lulju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 607/2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1793/2003 (2), li hu inkorporat fil-Ftehim, skada u konsegwentement ser jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġislazzjoni rigward l-inbid. Il-leġislazzjoni rigward l-inbid ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fis-seba’ paragrafu tal-introduzzjoni għall-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll 47 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 7 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1793/2003) ser jitħassar.

2.

Dan li ġej għandu jiżdied wara l-punt 11 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009):

“—

32011 R 0670: ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 670/2011 tat-12 ta’ Lulju 2011 (ĠU L 183, 13.7.2011, p. 6).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Dan li ġej jiżdied fl-Artikolu 70a:

‘L-Istati tal-EFTA għandhom, meta kkonċernati, isegwu l-proċeduri li jinsabu fl-Artikolu 70a(1)(b), 70a(2) u 70a(4).’ ”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 670/2011 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*) jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2012 tat-30 ta’ April 2012 (3), skont liema tkun l-iktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 183, 13.7.2011, p. 6.

(2)  ĠU L 262, 14.10.2003, p. 10.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(3)  ĠU L 248, 13.9.2012, p. 40.