13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 186/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2012 tas-26 ta’ Lulju 2012 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/92/UE tal-10 ta’ Frar 2011 li tintroduċi l-kwestjonarju li għandu jintuża għall-ewwel rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 21at (Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX għall-Ftehim:

“21ata.

32011 D 0092: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/92/UE tal-10 ta’ Frar 2011 li tintroduċi l-kwestjonarju li għandu jintuża għall-ewwel rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju (ĠU L 37, 11.2.2011, p. 19).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2011/92/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, dment li n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2012 tal-15 ta’ Ġunju 2012 (3), skont liema tkun l-iktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 309, 8.11.2012, p. 38.

(2)  ĠU L 37, 11.2.2011, p. 19.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(3)  ĠU L 270, 4.10.2012, p. 38.