13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 184/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/740/UE tal-14 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/799/KE, 2007/64/KE, 2007/506/KE, 2007/742/KE, 2009/543/KE u 2009/544/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 2d (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/799/KE), 2da (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/64/KE), 2y (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/506/KE) and 2zc (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE):

“—

32011 D 0740: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/740/UE tal-14 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 297, 16.11.2011, p. 64).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 2v (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/544/KE) u 2z (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/543/KE):

“, kif emendata permezz ta’:

32011 D 0740: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/740/UE tal-14 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 297, 16.11.2011, p. 64).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2011/740/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li ser ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, dment li n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*) jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora r-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), skont liema waħda tiġi l-aħħar.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 297, 16.11.2011, p. 64.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(2)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.