13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 183/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/631/UE tal-21 ta’ Settembru 2011 li tistabbilixxi kwestjonarju li għandu jintuża għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/631/UE tħassar, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/728/UE (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013.

(3)

L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 1fc (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/728/UE):

“1fd.

32011 D 0631: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/631/UE tal-21 ta’ Settembru 2011 li tistabbilixxi kwestjonarju li għandu jintuża għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (ĠU L 247, 24.9.2011, p. 47).”

2.

It-test tal-punt 1fc (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/728/UE) għandu jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/631/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, dment li n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 247, 24.9.2011, p. 47.

(2)  ĠU L 313, 30.11.2010, p. 13.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.