13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 172/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/485/UE tad-29 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 5cr (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/50/KE) tal-Anness XI għall-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat permezz ta’:

32011 D 0485: id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/485/UE tad-29 ta’ Lulju 2011 (ĠU L 198, 30.7.2011, p. 71).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/485/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 198, 30.7.2011, p. 71.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.