13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 167/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2010/73/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness IX għall-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 29b (id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat permezz ta’:

32010 L 0073: id-Direttiva 2010/73/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 327, 11.12.2010, p. 1).”

2.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 29d (id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat permezz ta’:

32010 L 0073: id-Direttiva 2010/73/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 327, 11.12.2010, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2010/73/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 327, 11.12.2010, p. 1.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.