13.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 341/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 166/2012
tat-28 ta’ Settembru 2012
li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) għall-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru U4 tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-proċeduri tar-rimborż skont l-Artikolu 65(6) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
L-Anness VI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 9.3 (id-Deċiżjoni Nru U3) tal-Anness VI għall-Ftehim ŻEE:
“9.4 |
32012 D 0225(01): id-Deċiżjoni Nru U4 tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-proċeduri tar-rimborż skont l-Artikolu 65(6) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 (ĠU C 57, 25.2.2012, p. 4).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni Nru U4 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Atle LEIKVOLL
(*) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.