|
20.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/31 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2011 TAL-KUMITAT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA DWAR IR-RIKONOXXIMENT REĊIPROKU FIR-RIGWARD TAL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ
tal-20 ta’ Diċembru 2011
dwar l-inklużjoni fl-Anness 1 tal-Kapitolu 19 il-ġdid dwar l-installazzjonijiet tal-Funikular u l-aġġornament tar-referenzi legali mniżżla fl-Anness 1
(2012/162/UE)
IL-KUMITAT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar ir-rikonoxximent reċiproku fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità (“il-Ftehim”) u b’mod partikolari l-Artikoli 10(4), 10(5) u 18(2) tiegħu;
Billi, l-Artikolu 10(5) tal-Ftehim jistipula li l-Kumitat jista’, fuq proposta ta’ waħda mill-Partijiet, ibiddel l-Annessi tal-Ftehim,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
|
1. |
L-Anness 1 dwar is-Setturi tal-Prodott, tal-Ftehim hu emendat biex jinkludi l-Kapitolu 19 ġdid dwar l-installazzjonijiet tal-Funikular b’konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness A anness ma’ din id-Deċiżjoni. |
|
2. |
L-Anness 1 dwar is-Setturi tal-Prodott tal-Ftehim huwa emendat b’konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness B anness ma’ din id-Deċiżjoni. |
|
3. |
Din id-Deċiżjoni, magħmula f’żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentanti tal-Kumitat li huma awtorizzati biex jaġixxu f’isem il-Partijiet. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ minn dakinhar li ssir l-aħħar firma. |
Iffirmata f’Bern, l-20 ta’ Diċembru 2011.
F’isem il-Konfederazzjoni Svizzera
Christophe PERRITAZ
Iffirmata fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2011.
F’isem l-Unjoni Ewropea
Fernando PERREAU DE PINNINCK
ANNESS A
Fl-Anness 1, is-Setturi tal-Prodott, għandu jiġi introdott dan il-Kapitolu 19 li ġej dwar l-installazzjonijiet tal-Funikular:
“KAPITOLU 19
L-INSTAZZJONIJIET TAL-FUNIKULAR
Dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi
Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2)
|
L-Unjoni Ewropea |
Id-Direttiva 2000/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular iddisinjati għat-trasport ta’ persuni (ĠU L 106, 3.5.2000, p. 21; minn issa ’l quddiem tissejjaħ id-Direttiva 2000/9/KE). |
|
L-Isvizzera |
Il-Liġi Federali tat-23 ta’ Ġunju 2006 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular iddisinjati għat-trasport ta’ persuni (RO 2006 5753) kif emendata l-aħħar fl-20 ta’ Marzu 2009 (RO 2009 5597). |
|
L-Ordinanza tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular iddisinjati għat-trasport ta’ persuni (RO 2007 39), kif emendata l-aħħar fil-11 ta’ Ġunju 2010 (RO 2010 2749). |
Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornata, skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, lista tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità.
Awtoritajiet li jaħtru
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim għandu jfassal u jaġġorna lista tal-awtoritajiet li jaħtru nnotifikati mill-Partijiet.
Regoli speċjali marbuta mal-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
Għall-ħatra tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet li jaħtru għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ġenerali li jinsabu fl-Anness 2 ta’ dan il-Ftehim u l-kriterji tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Anness VIII tad-Direttiva 2000/9/KE.
Dispożizzjonijiet supplimentari
1. Skambju tal-informazzjoni
Skont l-Artikoli 9 u 12 ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiskambjaw l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni adatta ta’ dan il-Kapitolu.
L-awtoritajiet kompetenti fl-Isvizzera u fl-Istati Membri kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom b’mod partikolari jiskambjaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 11 u fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/9/KE.
Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità maħtura skont it-Taqsima IV ta’ dan l-Anness għandhom jiskambjaw l-informazzjoni msemmija fl-Anness V tad-Direttiva 2000/9/KE, fir-rigward tal-punti 7 u 8 tal-Modulu B, il-punt 6 tal-Modulu D, u l-punti 6 u 7,5 tal-Modulu H.
2. Dokumentazzjoni teknika
Għandu jkun suffiċjenti għall-manifatturi, għar-rappreżentanti awtorizzati minnhom jew għall-persuna responsabbli mit-tqegħid tal-prodotti fis-suq, li jżommu d-dokumentazzjoni teknika kif inhu meħtieġ mid-Direttiva 2000/9/KE fit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet.
Il-Partijiet b’dan qed jintrabtu li jibagħtu d-dokumenti tekniċi rilevanti kollha meta mitluba mill-awtoritajiet tal-Parti l-oħra.
3. Monitoraġġ tas-suq
Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bl-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tal-attivitajiet ta’ sorveljanza involuti fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tagħhom stabbiliti fit-territorju tagħhom kif stipulat fit-Taqsima I.
Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bl-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq fil-korpi maħtura għal dan il-għan.”
ANNESS B
EMENDI GĦALL-ANNESS I
IL-KAPITOLU 1
IL-MAKKINARJU
Fit-Taqsima I, Id-dispożizzjonijiet legiżlattivi, regolatorji u amministattivi, id-Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2), ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom jitneħħew u jinbidlu b’dan li ġej:
|
“L-Unjoni Ewropea |
|
||
|
L-Isvizzera |
|
||
|
|||
|
IL-KAPITOLU 2
IT-TAGĦMIR PROTETTIV PERSONALI
Fit-Taqsima I, Id-dispożizzjonijiet legiżlattivi, regolatorji u amministattivi, id-Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2), ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Isvizzera għandhom jitneħħew u jinbidlu b’dan li ġej:
|
“L-Isvizzera |
|
||
|
IL-KAPITOLU 5
L-APPARAT TAL-GASS U L-BOJLERS
Fit-Taqsima I, Id-dispożizzjonijiet legiżlattivi, regolatorji u amministattivi, id-Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2), ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Isvizzera għandhom jitneħħew u jinbidlu b’dan li ġej:
|
“L-Isvizzera |
|
||
|
IL-KAPITOLU 6
IL-KONTENITURI TAL-PRESSA
Fit-Taqsima I, Id-dispożizzjonijiet legiżlattivi, regolatorji u amministattivi, id-Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(1), ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom jitneħħew u jinbidlu b’dan li ġej:
|
“L-Unjoni Ewropea |
|
Fit-Taqsima I, Id-dispożizzjonijiet legiżlattivi, regolatorji u amministattivi, id-Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2), ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Isvizzera għandhom jitneħħew u jinbidlu b’dan li ġej:
|
“L-Isvizzera |
|
||
|
|||
|
|||
|
IL-KAPITOLU 7
IT-TAGĦMIR TAR-RADJU U T-TAGĦMIR TAT-TERMINALI TAT-TELEKOMUNIKAZZJONI
Fit-Taqsima I, Id-dispożizzjonijiet legiżlattivi, regolatorji u amministattivi, id-Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2), ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Isvizzera għandhom jitneħħew u jinbidlu b’dan li ġej:
|
“L-Isvizzera |
|
||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
IL-KAPITOLU 8
IT-TAGĦMIR U S-SISTEMI PROTETTIVI MAĦSUBA GĦALL-UŻU F’ATMOSFERI POTENZJALMENT SPLUSSIVI
Fit-Taqsima I, Id-dispożizzjonijiet legiżlattivi, regolatorji u amministattivi, id-Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2), ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Isvizzera għandhom jitneħħew u jinbidlu b’dan li ġej:
|
“L-Isvizzera |
|
||
|
|||
|
|||
|
IL-KAPITOLU 9
IT-TAGĦMIR ELETTRIKU U L-KOMPATIBBILTÀ ELETTROMANJETIKA
Fit-Taqsima I, Id-dispożizzjonijiet legiżlattivi, regolatorji u amministattivi, id-Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2), ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Isvizzera għandhom jitneħħew u jinbidlu b’dan li ġej:
|
“L-Isvizzera |
|
||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
IL-KAPITOLU 11
L-ISTRUMENTI TAL-KEJL U L-IMBALLAĠĠI LESTI
Fit-Taqsima I, Id-dispożizzjonijiet legiżlattivi, regolatorji u amministattivi, id-Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2), ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Isvizzera għandhom jitneħħew u jinbidlu b’dan li ġej:
|
“L-Isvizzera |
|
||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
IL-KAPITOLU 14
PRATTIKA TAJBA FIL-LABORATORJU, GLP
Fit-Taqsima I, Id-dispożizzjonijiet legiżlattivi, regolatorji u amministattivi, id-Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2), ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Isvizzera għandhom jitneħħew u jinbidlu b’dan li ġej:
|
“L-Isvizzera |
|
||
|
|||
|
|||
|
|||
|
|||
|
IL-KAPITOLU 15
L-ISPEZZJONIJIET TA’ PRATTIKA TAJBA FIL-MANIFATTURA TAL-PRODOTTI MEDIĊINALI U Ċ-ĊERTIFIKAZZJONI TAL-LOTTIJIET
Fit-Taqsima I, Id-dispożizzjonijiet legiżlattivi, regolatorji u amministattivi, id-Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2), ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Isvizzera għandhom jitneħħew u jinbidlu b’dan li ġej:
|
“L-Isvizzera |
|
||
|
|||
|
|||
|
IL-KAPITOLU 17
IL-LIFTIJIET
Fit-Taqsima I, Id-dispożizzjonijiet legiżlattivi, regolatorji u amministattivi, id-Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2), ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom jitneħħew u jinbidlu b’dan li ġej:
|
“L-Unjoni Ewropea |
|
||
|
L-Isvizzera |
|
||
|
|||
|
IL-KAPITOLU 18
IL-PRODOTTI BIJOĊIDALI