DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 152/2012
tas-26 ta’ Lulju 2012
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1)
|
L-Anness XX tal-Ftehim taż-ŻEE ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 150/2012 tas-13 ta’ Lulju 2012 (1).
|
|
(2)
|
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar iż-żmien, l-amministrazzjoni u l-aspetti l-oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-Komunità (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.
|
|
(3)
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 550/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ċerti restrizzjonijiet applikabbli għall-użu ta’ krediti internazzjonali minn proġetti li jinvolvu gassijiet industrijali (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.
|
|
(4)
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1210/2011 tat-23 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010, b’mod partikolari, sabiex jiġi ddeterminat il-volum ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra li għandhom jiġu rkantati qabel l-2013 (4) għandu jiġi inkoporat fil-Ftehim taż-ŻEE.
|
|
(5)
|
Id-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra (5), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.
|
|
(6)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE tal-24 ta’ Diċembru 2009 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (6), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.
|
|
(7)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/345/UE tat-8 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2007/589/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta’ linji gwida dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra mill-qbid, mill-ġarr u mill-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju (7) (CO2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.
|
|
(8)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/670/UE tat-3 ta’ Novembru 2010 li tistabbilixxi l-kriterji u l-miżuri għall-finanzjament ta’ proġetti kummerċjali ta’ dimostrazzjoni li l-għan tagħhom huwa l-qbid u l-ħżin ġeoloġiku ta’ CO2, f’kundizzjonijiet ta’ sigurtà għall-ambjent, kif ukoll ta’ proġetti ta’ dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi ta’ enerġija rinnovabbli, fl-ambitu tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.
|
|
(9)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżizzjonali li japplikaw fl-UE kollha għal allokazzjoni b’xejn u armonizzata tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.
|
|
(10)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/540/KE tat-18 ta’ Awwissu 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2007/589/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta’ linji gwida dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra minn attivitajiet ġodda u gassijiet (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.
|
|
(11)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/745/UE tal-11 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE rigward setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (11) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.
|
|
(12)
|
Din id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ma taffettwax l-awtonomija tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tan-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima, partikolarment fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Protokoll ta’ Kyoto jew kwalunkwe ftehim ieħor internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, għajr fir-rigward ta’ aspetti rilevanti għall-Iskema tal-Iskambju tal-Emissjonijiet tal-UE (EU ETS) li huma inkorporati fil-Ftehim taż-ŻEE. Madanakollu, l-Istati tal-EFTA għandhom debitament jikkunsidraw l-obbligi li jkunu ġarrew fuqhom fil-Ftehim taż-ŻEE. Kull Stat tal-EFTA hu responsabbli biex jimplimenta politika u miżuri biex ikun konformi mal-impenji internazzjonali skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, il-Protokoll ta’ Kyoto u kwalunkwe ftehim ieħor internazzjonali relatati mat-tibdil fil-klima.
|
|
(13)
|
Il-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-EU ETS hija mingħajr ħsara għall-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fi kwalunkwe strument flessibbli biex jitnaqqas l-effett tal-emissjonijiet.
|
|
(14)
|
L-estensjoni tal-EU ETS għall-installazzjonijiet fl-Istati tal-EFTA timplika żieda tal-kwantità totali tal-kwoti fl-EU ETS bħala entità sħiħa taħt l-Artikoli 9 u 9a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). L-Istati tal-EFTA jipprovdu ċ-ċifri rilevanti fil-Parti A tal-Appendiċi tad-Direttiva, sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tiddetermina l-medja tal-kwantità annwali ta’ kwoti fiż-ŻEE.
|
|
(15)
|
Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Istati tal-EFTA informati dwar in-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet ma’ pajjiżi terzi kif imsemmi fl-Artikolu 11a tad-Direttiva 2003/87/KE u l-konsegwenza li dan jista’ jkollu fuq l-użu tat-Tnaqqis Iċċerifikat tal-Emissjonijiet (CERs).
|
|
(16)
|
Meta jkun konkluż ftehim skont l-Artikoli 11a u 25 tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati tal-EFTA u l-operaturi tagħhom mhux se jkun hemm diskriminazzjoni kontrihom meta mqabbla mal-Istati Membri tal-UE u l-operaturi tagħhom.
|
|
(17)
|
Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Istati tal-EFTA informati dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 24a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE u l-konsegwenza li dan jista’ jkollu fuq l-ammont ta’ kwoti fl-EU ETS.
|
|
(18)
|
L-Istati tal-EFTA jappoġġjaw bis-sħiħ li l-ammont ta’ kwoti allokati permezz tal-irkantar qed jiżdied fl-EU ETS, bil-ħsieb li tintlaħaq sitwazzjoni fejn ma jkun hemm l-ebda allokazzjoni b’xejn fl-2027. Dejjem kien l-għan tal-Istati EFTA li jiżdied il-persentaġġ ta’ kwoti li huma allokati bi ħlas. L-Istati tal-EFTA jfakkru fl-adattament (e) kif stipulat fl-Artikolu 1 punt 2 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 146/2007 (13) li tinkorpora d-Direttiva 2003/87/KE fil-Ftehim taż-ŻEE.
|
|
(19)
|
L-Istati tal-EFTA se jużaw il-pjattaformi komuni tal-irkant stabbiliti skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010 u jaħtru s-sorveljatur tal-irkant magħżul skont l-Artikolu 24 ta’ dak ir-Regolament għas-sorveljar tal-irkant tal-kwoti tagħhom. Minħabba l-fatt li l-Istati tal-EFTA mhumiex jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta, dawn m’għandhomx għalfejn jissodisfaw xi kompiti speċifiċi fil-proċeduri tal-akkwisti għall-appuntar tal-pjattaformi komuni tal-irkant u sorveljatur tal-irkant. Ladarba dawn jiġu maħtura, kull Stat tal-EFTA se juża l-aħjar sforzi tiegħu biex jidħol f’kuntratt magħhom. Safejn ikun fattibbli, il-Kummissjoni se tara li l-pjattaformi tal-irkant jidħlu f’kuntratt mal-Istati tal-EFTA suġġett, mutatis mutandis, għall-istess kundizzjonijiet maħsuba għall-Istati Membri parteċipanti tal-UE fil-kuntratti li jirriżultaw mill-proċeduri konġunti tal-akkwisti, sakemm l-Istati tal-EFTA jaggregaw l-irkant tal-kwoti tagħhom mal-kwoti tal-Istati Membri parteċipanti. Safejn hu fattibbli, fir-rigward tas-sorveljatur tal-irkant il-Kummissjoni se tara li s-sorveljatur tal-irkant jidħol f’kuntratt mal-Istati tal-EFTA suġġett, mutatis mutandis, għall-istess kundizzjonijiet maħsuba għall-Istati Membri parteċipanti tal-UE li jirriżultaw mill-proċeduri konġunti tal-akkwisti, sakemm l-Istati tal-EFTA jagħżlu li jaggregaw l-irkant tal-kwoti tagħhom mal-kwoti tal-Istati Membri parteċipanti.
|
|
(20)
|
Kwistjonijiet baġitarji mhumiex parti mill-Ftehim taż-ŻEE. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati tal-EFTA lill-Istati Membri tal-UE huma nnegozjati permezz tal-Mekkaniżmi Finanzjarji taż-ŻEE. L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/87/KE rigward dawn il-kwistjonijiet u l-applikazzjoni tal-kriterji għad-distribuzzjoni fost ċerti Stati Membri tal-UE ta’ ċertu perċentwali tal-kwantità totali tal-kwoti li jkunu se jiġu rkantati skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 10(2) u l-Annessi IIa u IIb tad-Direttiva 2003/87/KE għalhekk hija mingħajr ħsara għall-ambitu tal-Ftehim taż-ŻEE.
|
|
(21)
|
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ser tikkoordina mill-qrib mal-Kummissjoni kull meta tissejjaħ biex twettaq kompiti marbuta mal-Istati tal-EFTA li għalihom tkun responsabbli l-Kummissjoni fir-rigward tal-Istati Membri tal-UE skont id-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004 (14), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE (15) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/780/KE (16). Dawn il-kompiti jinkludu fost oħrajn il-valutazzjoni tal-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE u kwalunkwe applikazzjoni għall-inklużjoni unilaterali ta’ attivitajiet u gassijiet addizzjonali skont l-Artikolu 24 ta’ dik id-Direttiva,
|
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XX ta’ mal-Ftehim taż-ŻEE huwa b’dan emendat kif ġej:
|
(1)
|
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 21al (id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
“—
|
32009 L 0029: Id-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63).”.
|
|
|
(2)
|
L-adattazzjonijiet fil-punt 21al (id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) huma sostitwiti b’dan li ġej:
“Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:
|
(a)
|
Bla ħsara għall-iżviluppi futuri mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, għandu jiġi nnutat li l-atti li ġejjin tal-Komunità mhumiex inkorporati f’dan il-Ftehim:
|
(i)
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE tal-25 ta’ April 2002 dwar l-approvazzjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta’ Kyoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-obbligi tiegħu (*1);
|
|
(ii)
|
Id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto (*2).
|
|
|
(b)
|
Fiż-żmien tal-inkorporazzjoni tad-Direttiva, il-Liechtenstein m’għandu ebda attivitajiet ta’ avjazzjoni kif definiti fid-Direttiva operati fit-territorju tiegħu. Il-Liechtenstein ser jikkonforma mad-Direttiva meta attivitajiet tal-avjazzjoni rilevanti jseħħu fit-territorju tiegħu.
|
|
(c)
|
Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 3c(4):
“Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu, f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim u fuq il-bażi taċ-ċifri provduti mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA f’kooperazzjoni mal-Eurocontrol, jiddeċiedi dwar emissjonijiet storiċi tal-avjazzjoni fiż-ŻEE kollha billi jżid in-numri rilevanti rigward titjiriet fi ħdan u bejn it-territorji tal-Istati tal-EFTA u titjiriet bejn l-Istati tal-EFTA u pajjiżi terzi mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni meta jinkorpora din tal-aħħar fil-Ftehim taż-ŻEE.”.
|
|
(d)
|
Fl-Artikolu 3d(4), it-tieni subparagrafu jitħassar.
|
|
(e)
|
Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 3e(2) u 3f(4):
“Sal-istess data, l-Istati tal-EFTA għandhom jippreżentaw l-applikazzjonijiet li jirċievu lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, li għandha tgħaddihom mill-ewwel lill-Kummissjoni.”.
|
|
(f)
|
Is-subparagrafi segwenti jiżdiedu fl-Artikolu 3e(3):
“Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu, f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim u fuq il-bażi taċ-ċifri provduti mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA f’kooperazzjoni mal-Eurocontrol, jiddeċiedi dwar in-numru għaż-ŻEE kollha għat-total tan-numru ta’ kwoti, in-numru ta’ kwoti li jridu jiġu irkantati, in-numru ta’ kwoti fir-riżerva speċjali u n-numru ta’ kwoti b’xejn, billi jżid in-numri rilevanti rigward it-titjiriet fi ħdan u bejn it-territorji tal-Istati tal-EFTA u titjiriet bejn l-Istati tal-EFTA u pajjiżi terzi mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni meta jinkorpora din tal-aħħar fil-Ftehim taż-ŻEE.
Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-valur referenzjarju għaż-ŻEE kollha. Matul il-proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet il-Kummissjoni għandha tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Il-kalkolazzjoni u l-pubblikazzjoni mill-Istati tal-EFTA skont l-Artikolu 3e(4) għandhom iseħħu sussegwentement għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora d-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni fil-Ftehim taż-ŻEE.”.
|
|
(g)
|
Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 3f(5):
“Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-valur referenzjarju għaż-ŻEE kollha. Matul il-proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet il-Kummissjoni għandha tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Il-kalkolu u l-pubblikazzjoni mill-Istati tal-EFTA taħt l-Artikolu 3f(7) għandhom isiru sussegwentement għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora d-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni fil-Ftehim taż-ŻEE.”.
|
|
(h)
|
Il-paragrafi li ġejjin jiddaħħlu fl-Artikolu 9:
“Iż-żieda fil-medja tal-kwantità globali annwali ta’ kwoti fl-EU ETS minħabba l-estensjoni tal-iskema biex tkopri l-Liechtenstein u n-Norveġja skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu skont id-deċiżjonijiet tal-awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar il-pjanijiet nazzjonali ta’ allokazzjoni tagħhom għall-perjodu mill-2008 sal-2012.
Iż-żieda fil-medja tal-kwantità globali annwali ta’ kwoti fl-EU ETS minħabba l-estensjoni tal-iskema biex tkopri l-Islanda skont il-paragrafu 1 għandha tikkorrispondi għal 23 934 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2.
Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-figuri li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tal-kwantità tal-kwoti fiż-ŻEE li għandhom jinħarġu mill-2013 ‘il quddiem skont dan l-Artikolu huma stabbiliti fil-Parti A tal-Appendiċi.”.
|
|
(i)
|
Is-sentenza li ġejja tiżdied fl-Artikolu 9a(1):
“Għan-Norveġja, il-medja tal-kwantità annwali ta’ kwoti maħruġa fir-rigward tal-installazzjonijiet imsemmija f’ dan il-paragrafu hija 878 850.”.
|
|
(j)
|
Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 9a(2):
“Fir-rigward tal-installazzjonijiet fl-Istati tal-EFTA li jwettqu l-attivitajiet elenkati fl-Anness I li huma inklużi biss fl-iskema Komunitarja mill-2013 ‘il quddiem, il-medja tal-emissjonijiet annwali tal-perjodu rapportat għall-aġġustament għandha tkun:
|
|
L-Islanda: 1 862 571 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2.
|
|
|
Il-Liechtenstein: 0 tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2.
|
|
|
In-Norveġja 5 269 254 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2.”.
|
|
|
(k)
|
Il-paragrafi li ġejjin jiżdiedu wara l-Artikolu 9a(4):
“5. Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-figuri li għandhom jitqiesu għall-aġġustament tal-kwantità tal-kwoti fiż-ŻEE li għandhom jinħarġu mill-2013 ‘il quddiem skont dan l-Artikolu huma stabbiliti fil-Parti A tal-Appendiċi.
6. Il-Kummissjoni għandha tikkalkula u taġġusta l-kwantità ta’ kwoti annwali fiż-ŻEE li jinħarġu mill-2013 ‘il quddiem skont l-Artikolu 9 u dan l-Artikolu sabiex jiġu inklużi ċ-ċifri tal-Istati tal-EFTA kif stabbilit fil-Parti A tal-Appendiċi. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantitajiet tal-kwoti aġġustati fiż-ŻEE għall-2013 u ‘l quddiem.”.
|
|
(l)
|
Il-paragrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 10(2):
“Għall-finijiet tal-punt (a), fir-rigward tal-Liechtenstein u n-Norveġja, l-ishma tagħhom għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ dawn l-emissjonijiet:
|
|
Il-Liechtenstein: 20 943 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2.
|
|
|
In-Norveġja 18 635 669 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2.
|
Fir-rigward tal-Islanda, is-sehem imsemmi fil-punt (a) għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ 36 196 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 aġġustati bi 899 645 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2, li jirrappreżentaw is-sehem tal-emissjonijiet verifikati għall-2005 minn installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet elenkati fl-Anness I, li huma inklużi biss fl-iskema Komunitarja mill-2013 ‘il quddiem. Għalhekk is-sehem tal-Islanda għandu jiġi kklakulat fuq il-bażi ta’ 935 841 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2.”.
|
|
(m)
|
L-Artikolu 10(3) m’għandux japplika għall-Istati tal-EFTA.
|
|
(n)
|
Is-subparagrafu li ġej jiżdied wara l-ħames subparagrafu tal-Artikolu 11a(8):
“Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, iċ-ċifri li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tat-tnaqqis fiż-ŻEE skont il-ħames subparagrafu qed jiġu stabbiliti fil-Parti B tal-Appendiċi.”.
|
|
(o)
|
It-tieni sentenza tal-Artikolu 16(3) hija sostitwita minn dan li ġej:
“L-Istati tal-EFTA għandhom jipprovdu għal multi għal emissjonijiet eċċessivi li huma ekwivalenti għal dawk tal-Istati Membri tal-UE.”.
|
|
(p)
|
Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 16(12):
“13. L-Istati tal-EFTA għandhom jippreżentaw kwalunkwe talba skont l-Artikolu 16(5) u (10) lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, li għandha tgħaddihom mill-ewwel lill-Kummissjoni.”
|
|
(q)
|
Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 18a(1):
“Ir-riallokazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru lejn l-Istati tal-EFTA, għandha sseħħ matul is-sena 2011, wara li l-operatur jissodisfa l-obbligi tiegħu għall-2010. Skeda differenti għar-riallokazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru inizjalment assenjati lil Stat Membru fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, jistgħu jiġu maqbula mill-Istat Membru amministratur inizjali, wara talba espliċita introdotta mill-operatur fi żmien 6 xhur mill-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ lista ta’ operaturi fiż-ŻEE kollha li hemm provvediment għaliha fil-punt (b) tal-Artikolu 18a(3). F’dan il-każ, ir-riallokazzjoni għandha sseħħ mhux aktar tard mill-2020 fir-rigward tal-perjodu ta’ skambju li jibda fl-2021.”.
|
|
(r)
|
Fil-punt (b) tal-Artikolu 18a(3), il-kliem “għaż-ŻEE kollha” jiddaħħlu wara “operaturi tal-inġenji tal-ajru”.
|
|
(s)
|
Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 18b:
“Għall-finijiet tat-twettiq tal-obbligi tagħhom skont id-Direttiva, l-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jitolbu l-assistenza tal-Eurocontrol jew ta’ organizzazzjoni rilevanti oħra u jistgħu jikkonkludu għal dak il-għan kwalunkwe ftehim xieraq ma’ dawk l-organizzazzjonijiet.”.
|
|
(t)
|
Fl-Artikolu 20 jiżdied il-paragrafu li ġej:
“4. Il-kwistjoni, trasferiment u kanċellazzjoni ta’ kwoti li jikkonċernaw l-Istati tal-EFTA, l-operaturi tagħhom u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati minnhom, tiġi rreġistrata fir-reġistru indipendenti.ta’ tranżazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 1.
L-Amministratur Ċentrali ser ikun kompetenti biex iwettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 fejn jidħlu l-Istati tal-EFTA, l-operaturi tagħhom jew l-operaturi tal-ajruplani li huma amministrati minnhom.”.
|
|
(u)
|
Fl-Artikolu 25 jiżdied il-paragrafu li ġej:
“3. L-iskambji ta’ kwoti tas-sistema tal-Komunità tinkludi l-iskambji maħruġa mill-istati tal-EFTA jew mill-operaturi tagħhom taħt is-sistema Komunitarja. Malli jkun konkluż ftehim mill-Komunità msemmi f’dan l-Artikolu, ma għandha ssir l-ebda distinzjoni bejn dawn l-iskambji.
Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Istati tal-EFTA informati fi stadju bikri fir-rigward tan-negozjati u l-konklużjoni ta’ ftehimiet jew arranġamenti mhux vinkolanti skont dan l-Artikolu.”.
|
|
(v)
|
L-Istati tal-EFTA li jieħdu sehem fl-Iskema ta’ Skambji ta’ Emissjonijiet tal-UE ser jipprovdu l-informazzjoni skont il-ħtiġiet rilevanti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(3), filwaqt li ħtiġiet tar-rapportaġġ taħt it-tieni subparagrafu m’għandhomx japplikaw għalihom.
|
|
(w)
|
Dan li ġej jiżdied wara l-Anness V:
“Appendiċi
PARTI A
Iċ-ċifri tal-Istati tal-EFTA rilevanti għall-kalkolu u l-aġġustament tal-kwantità tal-kwoti taż-ŻEE li għandhom jinħarġu mill-2013 ’il quddiem skont l-Artikoli 9 u 9a tad-Direttiva 2003/87/KE
1. Iċ-ċifri tal-Istati tal-EFTA skont l-Artikolu 9
Biex jiġu ddeterminati dawn iċ-ċifri, ġie applikat il-fattur lineari ta’ 1,74 %.
L-Islanda
Dawn iċ-ċifri huma bbażati fuq il-medja annwali ta’ emissjonijiet verifikati mill-2005 sal-2010 minn attivitajiet li jaqgħu fil-prinċipju taħt id-Direttiva 2003/87/KE matul il-perjodu mill-2008 sal-2012 ekwivalenti għal 23 934 kwota.
|
Sena
|
Ammont ta’ kwoti
|
|
2013
|
22 684
|
|
2014
|
22 268
|
|
2015
|
21 851
|
|
2016
|
21 435
|
|
2017
|
21 018
|
|
2018
|
20 602
|
|
2019
|
20 186
|
|
2020
|
19 769
|
Il-Liechtenstein
Dawn iċ-ċifri huma bbażati fuq medja tal-kwanitità totali annwali tal-kwoti mil-Liechtenstein għall-perjodu mill-2008 sal-2012 korrispondenti għal 17 943 kwota kif stabbilit mill-Pjan Nazzjonali ta’ Allokazzjoni tal-Liechtenstein.
|
Sena
|
Ammont ta’ kwoti
|
|
2013
|
17 006
|
|
2014
|
16 694
|
|
2015
|
16 382
|
|
2016
|
16 070
|
|
2017
|
15 758
|
|
2018
|
15 445
|
|
2019
|
15 133
|
|
2020
|
14 821
|
In-Norveġja
Dawn iċ-ċifri huma bbażati fuq medja tal-kwanitità totali annwali tal-kwoti min-Norveġja għall-perjodu mill-2008 sal-2012 korrispondenti għal 14 255 268 kwota kif stabbilit mill-Pjan Nazzjonali ta’ Allokazzjoni tan-Norveġja.
|
Sena
|
Ammont ta’ kwoti
|
|
2013
|
13 511 143
|
|
2014
|
13 263 101
|
|
2015
|
13 015 060
|
|
2016
|
12 767 018
|
|
2017
|
12 518 976
|
|
2018
|
12 270 935
|
|
2019
|
12 022 893
|
|
2020
|
11 774 851
|
2. Iċ-ċifri tal-Istati tal-EFTA skont l-Artikolu 9a (1)
Biex jiġu ddeterminati dawn iċ-ċifri, ġie applikat il-fattur lineari ta’ 1,74 %.
Norveġja
|
Sena
|
Ammont ta’ kwoti
|
|
2013
|
832 974
|
|
2014
|
817 682
|
|
2015
|
802 390
|
|
2016
|
787 098
|
|
2017
|
771 806
|
|
2018
|
756 514
|
|
2019
|
741 222
|
|
2020
|
725 930
|
3. Iċ-ċifri tal-Istati tal-EFTA skont l-Artikolu 9a (2)
Biex jiġu ddeterminati dawn iċ-ċifri, ġie applikat il-fattur lineari ta’ 1,74 %.
L-Islanda
|
Sena
|
Ammont ta’ kwoti
|
|
2013
|
1 732 936
|
|
2014
|
1 700 527
|
|
2015
|
1 668 119
|
|
2016
|
1 635 710
|
|
2017
|
1 603 301
|
|
2018
|
1 570 892
|
|
2019
|
1 538 484
|
|
2020
|
1 506 075
|
In-Norveġja
|
Sena
|
Ammont ta’ kwoti
|
|
2013
|
4 994 199
|
|
2014
|
4 902 514
|
|
2015
|
4 810 829
|
|
2016
|
4 719 144
|
|
2017
|
4 627 459
|
|
2018
|
4 535 774
|
|
2019
|
4 444 089
|
|
2020
|
4 352 404
|
PARTI B
Iċ-ċifri tal-Istati tal-EFTA rilevanti għall-kalkolu ta’ t-tnaqqis fiż-ŻEE skont il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 11a (8)
|
|
Emissjonijiet fl-2005 minn setturi eżistenti (f’tunnellati ekwivalenti ta’ CO2)
|
Emissjonijiet fl-2005 minn setturi ġodda inklużi mill-2013 (f’tunnellati ekwivalenti ta’ CO2)
|
|
L-Islanda
|
36 196
|
899 645
|
|
Il-Liechtenstein
|
18 121
|
0
|
|
In-Norveġja
|
19 730 000
|
6 140 000 ”
|
|
(*1)
ĠU L 130, 15.5.2002, p. 1."
(*2)
ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1.”
"
|
|
(3)
|
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 21al (id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
“21ala.
|
32010 R 1031: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra ġewwa l-Komunità (ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1), kif emendata bi:
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
(a)
|
L-ewwel sentenza fl-Artikolu 22(7) għandha taqra kif ġej:
‘L-Istati tal-EFTA għandhom jinnotifikaw l-identità tal-irkantatur u d-dettalji tiegħu lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA, li se jgħaddu l-informazzjoni lill-Kummissjoni.’.
|
|
(b)
|
Is-sentenzi li ġejjin jiżdiedu fl-Artikolu 24(2):
“L-Istati EFTA għandhom jikkuntrattaw lis-sorveljatur tal-irkant maħtur wara proċedura ta’ akkwisti konġunta bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jissorveljaw il-proċessi kollha tal-irkant. Fl-Artikolu 25(1), (2), (3), (4) u (5), it-terminu ‘Stat(i) Membru/i’ għandu jinftiehem li jinkludi l-Istati tal-EFTA.”.
|
|
(c)
|
Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 26(1) u (2):
“L-Istati tal-EFTA għandhom jikkuntrattaw il-pjattaforma tal-irkant appuntata konġuntament mill-Kummissjoni u l-Istati Membri parteċipanti tal-UE għall-bejgħ bl-irkant tal-ishma tagħhom tal-kwoti li se jkunu rkantati fejn l-Istati tal-EFTA jagħżlu li jaggregaw l-irkant tal-kwoti tagħhom mal-kwoti tal-Istati Membri tal-UE li pparteċipaw fl-azzjoni konġunta.”.
|
|
(d)
|
Is-sentenza li ġejja tiżdied fl-Artikolu 27(1) u l-Artikolu 28(1):
“Mingħajr ħsara għall-arranġamenti fil-kuntratt li jrid jiġi konkluż bejn l-Istati tal-EFTA u l-pjattaforma tal-irkant, il-pjattaforma tal-irkant maħtura wara proċedura ta’ akkwist konġunta bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw f’azzjoni konġunta tista’ tipprovdi s-servizzi msemmija hawn fuq ukoll għall-Istati tal-EFTA.”.
|
|
(e)
|
L-Artikoli 30 sa 32 m’għandhomx japplikaw għall-Istati tal-EFTA, sakemm huma jkunu kkuntrattaw il-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26 skont l-addattament (c) hawn fuq.
|
|
(f)
|
Is-subparagrafi li ġejjin jiżdiedu fl-Artikolu 52(3):
“Is-sehem mill-ispejjeż tas-sorveljatur tal-irkant b’rabta ma’ pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) u kkuntrattat mill-Istati tal-EFTA għandu jkun distribwit bejn l-Istati Membri parteċipanti fl-azzjoni konġunta u l-Istati tal-EFTA skont l-ishma tagħhom tal-volum totali tal-kwoti għall-irkant fuq il-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata sakemm l-Istati tal-EFTA jaggregaw l-irkantar tal-kwoti tagħhom mal-kwoti tal-Istati Membri tal-UE li pparteċipaw fl-azzjoni konġunta.
Is-sehem mill-ispejjeż tas-sorveljatur tal-irkant b’rabta ma’ pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 30(1) jew (2) u kkuntrattat mill-Istati tal-EFTA, inkluż l-ispiża ta’ kull rapport mitlub skont l-Artikolu 25(4), għandu jitħallas mill-Istat tal-EFTA kkonċernat bl-istess mod bħal Stati Membri tal-UE li mhux qed jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta.”.
|
|
|
21alb.
|
32010 D 0002: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE tal-24 ta’ Diċembru 2009 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 1, 5.1.2010, p. 10), kif emendata bi:
|
|
21alc.
|
32011 D 0278: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżizzjonali li japplikaw fl-UE kollha għal allokazzjoni b’xejn u armonizzata tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1), kif emendata bi:
|
|
21ald.
|
32010 D 0670: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/670/UE tat-3 ta’ Novembru 2010 li tistabbilixxi l-kriterji u l-miżuri għall-finanzjament ta’ proġetti kummerċjali ta’ dimostrazzjoni li l-għan tagħhom huwa l-qbid u l-ħżin ġeoloġiku ta’ CO2, f’kundizzjonijiet ta’ sigurtà għall-ambjent, kif ukoll ta’ proġetti ta’ dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi ta’ enerġija rinnovabbli, fl-ambitu tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, 6.11.2010. p. 39).
|
|
21ale.
|
32011 R 0550: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 550/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ċertu restrizzjonijiet applikabbli għall-użu ta’ krediti internazzjonali minn proġetti li jinvolvu gassijiet industrijali (ĠU L 149, 8.6.2011, p. 1).”.
|
|
|
(4)
|
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 21am (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 1031/2010, (UE) Nru 550/2011 u (UE) Nru 1210/2011, id-Direttiva 2009/29/KE u d-Deċiżjonijiet 2010/2/UE, 2010/345/UE, 2010/670/UE, 2011/278/UE, 2011/540/UE u 2011/745/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma testi awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi-27 ta’ Lulju 2012 jew il-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, skont liema data tkun l-aktar tard (17).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Atle LEIKVOLL
(1) Ara paġna 35 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2)
ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1.
(3)
ĠU L 149, 8.6.2011, p. 1.
(4)
ĠU L 308, 24.11.2011, p. 2.
(5)
ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63.
(6)
ĠU L 1, 5.1.2010, p. 10.
(7)
ĠU L 155, 22.6.2010, p. 34.
(8)
ĠU L 290, 6.11.2010, p. 39.
(9)
ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1.
(10)
ĠU L 244, 21.9.2011, p. 1.
(11)
ĠU L 299, 17.11.2011, p. 9.
(12)
ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(13)
ĠU L 100, 10.4.2008, p. 92.
(14)
ĠU L 386, 29.12.2004, p. 1.
(15)
ĠU L 229, 31.8.2007, p. 1.
(16)
ĠU L 316, 16.11.2006, p. 12.
(17) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.