8.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 309/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 145/2012

tat-13 ta’ Lulju 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 71/317/KEE, 71/347/KEE, 71/349/KEE, 74/148/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE, 76/766/KEE u 86/217/KEE dwar il-metroloġija (1) tħassar, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011 id-Direttiva tal-Kunsill 71/349/KEE (2), li hija inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE u li għandha konsegwentement tkun imħassra skont il-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Id-Direttiva 2011/17/UE tħassar, b’effett mill-1 ta’ Diċembru 2015, id-Direttivi tal-Kunsill 71/317/KEE (3), 71/347/KEE (4), 74/148/KEE (5), 75/33/KEE (6), 76/765/KEE (7), 76/766/KEE (8) u 86/217/KEE (9), li huma inkorporati fil-Ftehim taż-ŻEE u li għandhom għalhekk jiġu mħassra skont il-Ftehim taż-ŻEE b’effett mill-1 ta’ Diċembru 2015.

(3)

Għalhekk, l-Anness II ta’ mal-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu IX tal-Anness II ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 7 (id-Direttiva tal-Kunsill 71/349/KEE) għandu jitħassar.

2.

It-test tal-punti 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 71/317/KEE), 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 71/347/KEE), 10 (id-Direttiva tal-Kunsill 74/148/KEE), 11 (id-Direttiva tal-Kunsill 75/33/KEE), 17 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/765/KEE), 18 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/766/KEE) u 26 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/217/KEE) għandu jiġi mħassar b’effett mill-1 ta’ Diċembru 2015.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2011/17/UE bl-ilsien Islandiż u b’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Lulju 2012, dment li jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 71, 18.3.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 239, 25.10.1971, p. 15.

(3)  ĠU L 202, 6.9.1971, p. 14.

(4)  ĠU L 239, 25.10.1971, p. 1.

(5)  ĠU L 84, 28.3.1974, p. 3.

(6)  ĠU L 14, 20.1.1975, p. 1.

(7)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 143.

(8)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 149.

(9)  ĠU L 152, 6.6.1986, p. 48.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.