|
8.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 309/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 139/2012
tat-13 ta' Lulju 2012
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 122/2012 tal-15 ta’ Ġunju 2012 (1). |
|
(2) |
Sistema komprensiva ta’ monitoraġġ tad-dinja hija ta’ importanza ewlenija għall-ġestjoni sostenibbli tal-Ewropa tat-Tramuntana u tal-Artiku. |
|
(3) |
In-Norveġja kkontribwixxiet għall-iżvilupp tal-programm Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Dinja (GMES), kemm fis-Seba’ Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) kif ukoll bħala membru tal-Aġenzija Spazjali Ewropea. |
|
(4) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim taż-ŻEE tiġi estiża u tinkludi r-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-Programm Ewropew ta’ monitoraġġ tad-dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013) (2). |
|
(5) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din l-estensjoni ta’ kooperazzjoni tkun tista’ sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2012, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE huwa emendat kif ġej:
|
1. |
It-test fil-paragrafu 6 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “6. L-evalwazzjoni u l-għoti ta' direzzjoni maġġuri lil attivitajiet fil-programmi qafas tal-attivitajiet tal-Unjoni fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku msemmija fil-paragrafi 5, 8a, 8c, 9 u 10 għandhom jiġu rregolati bil-proċedura msemmija fl-Artikolu 79(3) tal-Ftehim.” |
|
2. |
Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 8b:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).
Din għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2012.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Atle LEIKVOLL
(1) ĠU L 270, 4.10.2012, p. 46.
(2) ĠU L 276, 20.10.2010, p. 1.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.