|
4.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 122/2012
tal-15 ta’ Ġunju 2012
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra l-erba’ libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 101/2012 tat-30 ta’ April 2012 (1). |
|
(2) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim tiġi estiża biex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 940/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2011 dwar is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet (2012) (2). |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din l-estensjoni ta’ kooperazzjoni tkun tista’ sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2012, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 irid jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-paragrafu 5 jrid jinbidel b’dan li ġej: “5. L-Istati tal-EFTA għandhom jieħdu sehem fil-programmi u azzjonijiet tal-Komunità msemmijin fl-ewwel żewġ inċiżi tal-paragrafu 8 mill-1 ta’ Jannar 1996, fil-programm imsemmi fit-tielet inċiż tal-paragrafu 8 mill-1 ta’ Jannar tas-sena 2000, fil-programm imsemmi fir-raba’ inċiż tal-paragrafu 8 mill-1 ta’ Jannar tal-2001, fil-programmi msemmijin fil-ħames u s-sitt inċiżi tal-paragrafu 8 mill-1 ta’ Jannar tal-2002, fil-programmi msemmijin fis-seba’ u t-tmien inċiżi tal-paragrafu 8 mill-1 ta’ Jannar tal-2004, fil-programmi msemmijin fid-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il inċiżi tal-paragrafu 8 mill-1 ta’ Jannar tal-2007, fil-programm imsemmi fit-tnax-il inċiż tal-paragrafu 8 mill-1 ta’ Jannar tal-2009 u fil-programm imsemmi fit-tlettax-il inċiż tal-paragrafu 8 mill-1 ta’ Jannar tal-2012.”. |
|
2. |
L-inċiż li ġej irid jiġi miżjud fil-paragrafu 8:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).
Din għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 248, 13.9.2012, p. 39.
(2) ĠU L 246, 23.9.2011, p. 5.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.