|
4.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/44 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 121/2012
tal-15 ta’ Ġunju 2012
li temenda l-Protokoll 31 (dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista stabbilita fl-Artikolu 101) għall-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 86, 98 u 101 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 101/2012 tat-30 ta’ April 2012 (1). |
|
(2) |
Il-Protokoll 37 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 (2). |
|
(3) |
Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE sabiex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta’ strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(4) |
Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex tkun tista’ sseħħ din l-estensjoni ta’ kooperazzjoni. Fir-rigward tal-parteċipazzjoni tan-Norveġja, għandu jitqies ukoll f’dan ir-rigward il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar in-Navigazzjoni bis-Satellita bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u n-Norveġja (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 dwar is-sigurtà. Madanakollu, minħabba problemi ekomomiċi, il-parteċipazzjoni tal-Islanda fil-programmi tal-GNSS għandha tiġi sospiża temporanjament. |
|
(5) |
Biex il-Ftehim taż-ŻEE jiffunzjona tajjeb, il-Protokoll 37 ta’ mal-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi estiż biex jinkludi lill-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà għas-sistemi Ewropej ta’ GNSS u l-Bord Amministrattiv stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 912/2010, u l-Protokoll 31 għandu jiġi emendat sabiex jispeċifika l-proċeduri għall-parteċipazzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Artikolu 1 (Riċerka u żvilupp teknoloġiku) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test fil-paragrafu 8 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
2. |
Dan li ġej jiżdied mal-punt (a) tal-paragrafu 8a: “, kif emendat bi:
|
Artikolu 2
Il-Protokoll 37 ta’ mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-testi tal-punti 30 u 31 għandhom jitħassru. |
|
2. |
Għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin:
|
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).
Din għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 248, 13.9.2012, p. 39.
(2) ĠU L 207, 2.8.2012, p. 41.
(3) ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.
(4) ĠU L 283, 29.10.2010, p. 12.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.