4.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 270/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 115/2012

tal-15 ta’ Ġunju 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX ta’ mal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 97/2012 tat-30 ta’ April 2012 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006, (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE), fil-punt 1i (id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), fil-punt 13ca (id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), fil-punt 19a (id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u fil-punt 32c (ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 L 0031: Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114).”

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 1f (id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat permezz ta’:

32009 L 0031: Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114).”

3.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21as (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2009):

“21at.

32009 L 0031: Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/31/KE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-16 ta’ Ġunju 2012, kemm-il darba n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 248, 13.9.2012, p. 35.

(2)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.