4.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 270/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 105/2012

tal-15 ta’ Ġunju 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 82/2012 tat-30 ta’ April 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 234/2011 tal-10 ta’ Marzu 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1130/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel billi jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel, l-aromatizzanti u n-nutrijenti tal-ikel (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1131/2011 tat-11 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-glikosidi tal-istevjol (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1160/2011 tal-14 ta’ Novembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni u r-rifjut tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti stqarrijiet dwar is-saħħa fuq oġġetti tal-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1161/2011 tal-14 ta’ Novembru 2011 li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009 fir-rigward tal-listi ta’ sustanzi minerali li jistgħu jiġu miżjuda mal-ikel (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1170/2011 tas-16 ta’ Novembru 2011 li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa u li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1171/2011 tas-16 ta’ Novembru 2011 li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa, ħlief dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1282/2011 tat-28 ta’ Novembru 2011 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(11)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1258/2011 tat-2 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi għan-nitrati fl-oġġetti tal-ikel (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(12)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1259/2011 tat-2 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward ta’ livelli massimi għad-diossini, PCBs simili għad-diossini u PCBs mhux simili għad-diossini fl-oġġetti tal-ikel (12) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(13)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni għall-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim. Għaldaqstant, din id-deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II ta’ mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż segwenti jinżied fil-punt 54zzi (id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32011 R 1161: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1161/2011 tal-14 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 296, 15.11.2011, p. 29).”

2.

L-inċiż li ġej jinżied fil-punt 54zzzu (ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32011 R 1161: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1161/2011 tal-14 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 296, 15.11.2011, p. 29).”

3.

L-inċiżi li ġejjin jinżiedu fil-punt 54zzzz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006):

“—

32011 R 1258: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1258/2011 tat-2 ta’ Diċembru 2011 (ĠU L 320, 3.12.2011, p. 15),

32011 R 1259: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1259/2011 tat-2 ta’ Diċembru 2011 (ĠU L 320, 3.12.2011, p. 18).”

4.

Dan li ġej jinżied fil-punt 54zzzzl (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009):

“, kif emendat permezz ta’:

32011 R 1161: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1161/2011 tal-14 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 296, 15.11.2011, p. 29).”

5.

L-inċiżi li ġejjin jinżiedu mal-punt 54zzzzr (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32011 R 1129: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 295, 12.11.2011, p. 1),

32011 R 1130: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1130/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 295, 12.11.2011, p. 178),

32011 R 1131: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1131/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 295, 12.11.2011, p. 205).”

6.

L-inċiż li ġej jinżied fil-punt 55 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011):

“—

32011 R 1282: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1282/2011 tat-28 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 328, 10.12.2011, p. 22).”

7.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 63 (id-Direttiva 2011/91/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“64.

32011 R 0234: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 234/2011 tal-10 ta’ Marzu 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 15).

65.

32011 R 1160: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1160/2011 tal-14 ta’ Novembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni u r-rifjut tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti stqarrijiet dwar is-saħħa fuq l-oġġetti tal-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard (ĠU L 296, 15.11.2011, p. 26).

66.

32011 R 1170: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1170/2011 tas-16 ta’ Novembru 2011 li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa u li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard (ĠU L 299, 17.11.2011, p. 1).

67.

32011 R 1171: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1171/2011 tas-16 ta’ Novembru 2011 li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa, ħlief dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (ĠU L 299, 17.11.2011, p. 4).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 234/2011, (UE) Nru 1129/2011, (UE) Nru 1130/2011, (UE) Nru 1131/2011, (UE) Nru 1160/2011, (UE) Nru 1161/2011, (UE) Nru 1170/2011, (UE) Nru 1171/2011, (UE) Nru 1282/2011, (UE) Nru 1258/2011 u (UE) Nru 1259/2011 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-16 ta’ Ġunju 2012, kemm-il darba n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 248, 13.9.2012, p. 18.

(2)  ĠU L 64, 11.3.2011, p. 15.

(3)  ĠU L 295, 12.11.2011, p. 1.

(4)  ĠU L 295, 12.11.2011, p. 178.

(5)  ĠU L 295, 12.11.2011, p. 205.

(6)  ĠU L 296, 15.11.2011, p. 26.

(7)  ĠU L 296, 15.11.2011, p. 29.

(8)  ĠU L 299, 17.11.2011, p. 1.

(9)  ĠU L 299, 17.11.2011, p. 4.

(10)  ĠU L 328, 10.12.2011, p. 22.

(11)  ĠU L 320, 3.12.2011, p. 15.

(12)  ĠU L 320, 3.12.2011, p. 18.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.