4.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 270/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 104/2012

tal-15 ta’ Ġunju 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 80/2012 tat-30 ta’ April 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 16/2012 tal-11 ta’ Jannar 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-ikel iffriżat li joriġina mill-annimali maħsub għall-konsum mill-bniedem (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif inhu speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I ta’ mal-Ftehim. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiġi inkluż fil-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim:

“—

32012 R 0016: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 16/2012 tal-11 ta’ Jannar 2012 (ĠU L 8, 12.1.2012, p. 29).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 16/2012, bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-16 ta’ Ġunju 2012, kemm-il darba n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 248, 13.9.2012, p. 13.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2012, p. 29.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.